|
+Artikolu 65 1. |
Artikolu 65 1.Sal-11 ta’ Jannar 2022, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari:
(a)
kont ta’ miżuri speċifiċi adottati u mekkaniżmi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru biex jipprevjenu u jindirizzaw problemi emerġenti u żviluppi ġodda li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;
(b)
azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru fuq il-bażi ta’ tħassib li jinġieb għall-attenzjoni tagħhom, inklużi lmenti dwar il-liġijiet nazzjonali li jfixklu s-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ korpi awtoregolatorji;
(c)
kont tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti u l-UIF tal-Istati Membri, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(d)
kont tal-kooperazzjoni internazzjonali u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF;
(e)
kont ta’ azzjonijiet tal-Kummissjoni meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-Istati Membri jieħdu azzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex jiġu evalwati problemi emerġenti u żviluppi ġodda fl-Istati Membri;
(f)
analiżi tal-fattibbiltà ta’ mekkaniżmi u miżuri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru dwar il-possibbiltajiet li tinġabar u tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn inkorporati barra mill-Unjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20;
(g)
evalwazzjoni ta’ kif id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew rispettati. L-ewwel rapport, li se jiġi ppubblikat sal-11 ta’ Jannar 2022, għandu jiġi akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa, inkluż, fejn xieraq, fir-rigward ta’ muniti virtwali, l-għoti tas-setgħat għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali li tirreġistra l-identitajiet tal-utenti u l-indirizzi tal-kartieri aċċessibbli għall-UIF, kif ukoll forom tal-awtodikjarazzjoni għall-użu ta’ utenti tal-muniti virtwali, u biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri u applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|