+Artikolu 8 Miżuri addizzjonali
---+Artikolu 8 (a)
---+Artikolu 8 (b)
---+Artikolu 8 (c)
---+Artikolu 8 (d)
---+Artikolu 8 (e)
---+Artikolu 8 (f)
---+Artikolu 8 (g)
---+Artikolu 8 (h)
---+Artikolu 8 (i)
---+Artikolu 8 (j)
|
Artikolu 8 Miżuri addizzjonali
L-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jieħdu l-miżuri addizzjonali li ġejjin skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7(2) rispettivament:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 (a)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jirrestrinġu n-natura u t-tip tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji provduti mill-fergħa tas-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma fil-pajjiż terz għal dawk li jippreżentaw riskju baxx ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu u għandhom impatt baxx fuq l-esponiment tal-grupp għar-riskju;
|
|
Artikolu 8 (b)
|
jaċċertaw li entitajiet oħra tal-istess grupp ma jiddependux fuq il-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-klijent imwettqa minn fergħa jew sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz, iżda minflok iwettqu diliġenza dovuta tal-klijent fuq kwalunkwe klijent ta' fergħa jew sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz li jkun jixtieq li waħda minn dawk l-entitajiet tal-istess grupp jipprovdulu prodotti jew servizzi anki jekk il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 28 tad-Direttiva (UE) 2015/849 ikunu ssodisfati;
|
|
Artikolu 8 (c)
|
iwettqu analiżijiet imtejba, inkluż, meta dan ikun proporzjonat mar-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mal-operazzjoni tal-fergħa jew tas-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz, verifiki fuq il-post jew awditi indipendenti, biex ikunu ssodisfati li l-fergħa jew is-sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma effettivament tidentifika u tivvaluta r-riskji marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu u twettaq ġestjoni tagħhom;
|
|
Artikolu 8 (d)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jippruvaw jiksbu l-approvazzjoni tal-maniġment superjuri tal-istituzzjoni ta' kreditu jew tal-istituzzjoni finanzjarja għall-istabbiliment u l-manteniment ta' relazzjonijiet ta' negozju b'riskji ogħla, jew għat-twettiq ta' tranżazzjoni okkażjonali b'riskju ogħla;
|
|
Artikolu 8 (e)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jiddeterminaw is-sors u, meta applikabbli, id-destinazzjoni tal-fondi li għandhom jintużaw fir-relazzjoni ta' negozju jew fit-tranżazzjoni okkażjonali;
|
|
Artikolu 8 (f)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz iwettqu monitoraġġ kontinwu mtejjeb tar-relazzjoni ta' negozju inkluż monitoraġġ imtejjeb tat-tranżazzjonijiet, sakemm il-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma jkunu raġonevolment issodisfati li jifhmu r-riskju marbut mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mar-relazzjoni ta' negozju;
|
|
Artikolu 8 (g)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz jikkondividu mal-istituzzjoni ta' kreditu jew mal-istituzzjoni finanzjarja l-informazzjoni ta' rapport dwar tranżazzjonijiet suspettużi li tkun wasslet għall-għarfien, is-suspett jew ir-raġunijiet raġonevoli li jkunu suspettati tentattivi jew okkorrenzi ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, bħal fatti, tranżazzjonijiet, ċirkostanzi u dokumenti li fuqhom jibbażaw is-suspetti, inkluża informazzjoni personali sal-punt li jkun possibbli skont il-liġi tal-pajjiż terz;
|
|
Artikolu 8 (h)
|
jwettqu monitoraġġ kontinwu mtejjeb fuq kwalunkwe klijent u, meta applikabbli, fuq kwalunkwe sid benefiċjarju ta' klijent ta' fergħa jew sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz li jkun magħruf li kien soġġett ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi minn entitajiet oħra tal-istess grupp;
|
|
Artikolu 8 (i)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbiliti fil-pajjiż terz ikollhom sistemi u kontrolli effettivi fis-seħħ biex jidentifikaw u jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi;
|
|
Artikolu 8 (j)
|
jaċċertaw li l-fergħat jew is-sussidjarji b'maġġoranza tal-ishma tagħhom li jkunu stabbilit fil-pajjiż terz iżommu aġġornati l-profil tar-riskju u l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta relatati ma' klijent ta' fergħa jew sussidjarja b'maġġoranza tal-ishma stabbilita fil-pajjiż terz u jżommuhom siguri sakemm ikun legalment possibbli, u fi kwalunkwe każ għal minn tal-anqas id-durata tar-relazzjoni ta' negozju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0758
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|