|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(2)
“ditta ta' investiment” tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(3)
“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ▼M6 —————
(5)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(6)
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(7)
'korp ta' ġestjoni' tfisser korp jew korpi ta' istituzzjoni, li jkunu maħturin skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, u jinkludu l-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni;
(8)
'korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu' tfisser il-korp ta' ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni;
(8a)
“korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu” tfisser il-korp ta’ ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu li jmexxi istituzzjoni u jinkludi l-persuni li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-istituzzjoni;
(9)
“maniġment superjuri” tfisser dawk il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi f’istituzzjoni u li huma direttament responsabbli quddiem il-korp ta’ ġestjoni iżda li ma humiex membri ta’ dak il-korp, u li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-istituzzjoni taħt id-direzzjoni tal-korp ta’ ġestjoni;
(9a)
“titolari ta’ funzjonijiet ewlenin” tfisser il-persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id-direzzjoni ta’ istituzzjoni iżda li ma humiex membri tal-korp ta’ ġestjoni, inkluż il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju, meta dawk il-kapijiet jew dak l-uffiċjal ma jkunux membri tal-korp ta’ ġestjoni;
(9b)
“funzjonijiet ta’ kontroll intern” tfisser il-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji, tal-konformità u tal-awditu intern;
(9c)“
kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern” tfisser il-persuni fl-ogħla livell ġerarkiku responsabbli għall-ġestjoni effettiva tal-operat ta’ kuljum tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ta’ istituzzjoni;
(9d)
“uffiċjal kap finanzjarju” tfisser il-persuna bir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, għall-ippjanar finanzjarju u għar-rappurtar finanzjarju ta’ istituzzjoni;
(10)
'riskju sistemiku' tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali;
(11)
“riskju involut fl-użu tal-mudelli” tfisser riskju involut fl-użu tal-mudelli kif iddefinit f l-Artikolu 4(1), il-punt (52b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(12)
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(13)
“sponser” tfisser sponser kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(14)
“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(15)
“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(16)
“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(17)
“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża ta’ servizzi anċillari kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(18)
'kumpannija tal-ġestjoni ta' assi' tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(19)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(20)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(21)
“kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(22)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(23)
“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(24)
“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(25)
“istituzzjoni prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(26)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(27)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(28)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(29)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(29a)
“istituzzjoni awtonoma fl-Unjoni” tfisser istituzzjoni li ma hijiex soġġetta għal konsolidazzjoni prudenzjali fl-Unjoni skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li ma għandha l-ebda impriża prinċipali tal-UE soġġetta għal tali konsolidazzjoni prudenzjali;
(30)
'istituzzjoni sistemikament importanti' tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħha jista' jwassal għal riskju sistemiku;
(31)
“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(32)
“parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni kif definita fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(33)
“holding kwalifikattiva” tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(34)
“kontroll” tfisser kontroll kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(35)
“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(36)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(37)
“superviżur konsolidanti” tfisser superviżur konsolidanti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(38)
“awtorizzazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(39)
“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(40)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(41)
“banek ċentrali tas-SEBĊ” tfisser banek ċentrali tas-SEBĊ kif definiti fil-punt (45) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(42)
“banek ċentrali”' tfisser banek ċentrali kif definiti fil-punt (46) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(43)
“sitwazzjoni konsolidata” tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definita fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(44)
“bażi konsolidata” tfisser bażi konsolidata kif definita fil-punt (48) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(45)
“bażi subkonsolidata” tfisser bażi subkonsolidata kif definita fil-punt (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(46)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(47)
“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definiti fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(47a)
“kapital eliġibbli” tfisser kapital eliġibbli kif iddefinit f l-Artikolu 4(1), il-punt (71), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(48)
“riskju operattiv” tfisser riskju operattiv kif definit fil-punt (52) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(49)
“mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu” tfisser mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(50)
“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(51)
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (62) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(52)
'entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni' tfisser entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (66) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(53)
“benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji” tfisser benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji kif definiti fil-punt (73) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(54)
“portafoll tan-negozjar” tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(55)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (92) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(56)
“lieva finanzjarja” tfisser lieva finanzjarja kif definita fil-punt (93) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(57)
“riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva” tfisser riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif definit fil-punt (94) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(58)
“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (98) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(59)
“approċċi interni” tfisser l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonij interna msemmi fl-Artikolu 143(1), l-approċċ tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 221, il-metodu tal-mudelli interni msemmi fl-Artikolu 283, l-approċċ tal-mudell intern alternattiv msemmi fl-Artikolu 325az, u l-approċċ ta’ valutazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 265(2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(60)
“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta' riżoluzzjon kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(61)
“istituzzjoni globali sistemikament importanti” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(62)
“istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE” jew “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(63)
“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(64)
“grupp ta' pajjiż terz” tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun stabbilita f'pajjiż terz;
(65)
“politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi” tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;
(66)
“istituzzjoni kbira” tfisser istituzzjoni kbira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (146), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(67)
“pagament perjodiku ta’ penali” tfisser miżura ta’ infurzar perjodiku pekunjarju immirat lejn it-tmiem ta’ ksur kontinwu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ksur ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament u li ġġiegħel lill-persuna fiżika jew ġuridika tirritorna għall-konformità mad-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet miksura;
(68)
“riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “riskju ESG” tfisser riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (52d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(69)
“newtralità klimatika” tfisser l-objettiv ġenerali li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(70)
“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) li ma jkunx munita diġitali tal-bank ċentrali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|