+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(2) 

“ditta ta' investiment” tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(3) 

“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M6 —————

▼B

(5) 

“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6) 

“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(7) 

'korp ta' ġestjoni' tfisser korp jew korpi ta' istituzzjoni, li jkunu maħturin skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilixxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni, u li jissorveljaw u jimmonitorjaw t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, u jinkludu l-persuni li effettivament imexxu n-negozju tal-istituzzjoni;

(8) 

'korp ta' ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu' tfisser il-korp ta' ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu ta' sorveljanza u monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni;

▼M11

(8a) 

“korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu” tfisser il-korp ta’ ġestjoni li jaġixxi fir-rwol tiegħu li jmexxi istituzzjoni u jinkludi l-persuni li jidderieġu b’mod effettiv in-negozju tal-istituzzjoni;

▼M11

(9) 

“maniġment superjuri” tfisser dawk il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi f’istituzzjoni u li huma direttament responsabbli quddiem il-korp ta’ ġestjoni iżda li ma humiex membri ta’ dak il-korp, u li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-istituzzjoni taħt id-direzzjoni tal-korp ta’ ġestjoni;

▼M11

(9a) 

“titolari ta’ funzjonijiet ewlenin” tfisser il-persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id-direzzjoni ta’ istituzzjoni iżda li ma humiex membri tal-korp ta’ ġestjoni, inkluż il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju, meta dawk il-kapijiet jew dak l-uffiċjal ma jkunux membri tal-korp ta’ ġestjoni;

(9b) 

“funzjonijiet ta’ kontroll intern” tfisser il-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskji, tal-konformità u tal-awditu intern;

(9c)“ 

kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern” tfisser il-persuni fl-ogħla livell ġerarkiku responsabbli għall-ġestjoni effettiva tal-operat ta’ kuljum tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern ta’ istituzzjoni;

(9d) 

“uffiċjal kap finanzjarju” tfisser il-persuna bir-responsabbiltà ġenerali għall-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, għall-ippjanar finanzjarju u għar-rappurtar finanzjarju ta’ istituzzjoni;

▼B

(10) 

'riskju sistemiku' tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali;

▼M11

(11) 

“riskju involut fl-użu tal-mudelli” tfisser riskju involut fl-użu tal-mudelli kif iddefinit f l-Artikolu 4(1), il-punt (52b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(12) 

“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(13) 

“sponser” tfisser sponser kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(14) 

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15) 

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(16) 

“fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(17) 

“impriża ta’ servizzi anċillari” tfisser impriża ta’ servizzi anċillari kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(18) 

'kumpannija tal-ġestjoni ta' assi' tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(19) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja kif definita fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(20) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta” tfisser istituzzjoni azzjonarja finanzjarja mħallta kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(21) 

“kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(22) 

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(23) 

“entità tas-settur finanzjarju” tfisser entità tas-settur finanzjarju kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(24) 

“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(25) 

“istituzzjoni prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (29) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(26) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (30) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(27) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(28) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru kif definita fil-punt (32) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(29) 

“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE kif definita fil-punt (33) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M11

(29a) 

“istituzzjoni awtonoma fl-Unjoni” tfisser istituzzjoni li ma hijiex soġġetta għal konsolidazzjoni prudenzjali fl-Unjoni skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li ma għandha l-ebda impriża prinċipali tal-UE soġġetta għal tali konsolidazzjoni prudenzjali;

▼B

(30) 

'istituzzjoni sistemikament importanti' tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew istituzzjoni li l-falliment jew il-funzjonament ħażin tagħha jista' jwassal għal riskju sistemiku;

(31) 

“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(32) 

“parteċipazzjoni” tfisser parteċipazzjoni kif definita fil-punt (35) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(33) 

“holding kwalifikattiva” tfisser holding kwalifikattiva kif definita fil-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(34) 

“kontroll” tfisser kontroll kif definit fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(35) 

“rabtiet mill-qrib” tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fil-punt (38) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(36) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(37) 

“superviżur konsolidanti” tfisser superviżur konsolidanti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(38) 

“awtorizzazzjoni” tfisser awtorizzazzjoni kif definita fil-punt (42) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(39) 

“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(40) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(41) 

“banek ċentrali tas-SEBĊ” tfisser banek ċentrali tas-SEBĊ kif definiti fil-punt (45) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(42) 

“banek ċentrali”' tfisser banek ċentrali kif definiti fil-punt (46) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(43) 

“sitwazzjoni konsolidata” tfisser sitwazzjoni konsolidata kif definita fil-punt (47) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(44) 

“bażi konsolidata” tfisser bażi konsolidata kif definita fil-punt (48) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(45) 

“bażi subkonsolidata” tfisser bażi subkonsolidata kif definita fil-punt (49) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(46) 

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (50) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(47) 

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definiti fil-punt (118) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M11

(47a) 

“kapital eliġibbli” tfisser kapital eliġibbli kif iddefinit f l-Artikolu 4(1), il-punt (71), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼B

(48) 

“riskju operattiv” tfisser riskju operattiv kif definit fil-punt (52) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(49) 

“mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu” tfisser mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu kif definit fil-punt (57) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(50) 

“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(51) 

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (62) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(52) 

'entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni' tfisser entità ta’ għan speċjali ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (66) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(53) 

“benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji” tfisser benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji kif definiti fil-punt (73) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(54) 

“portafoll tan-negozjar” tfisser portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(55) 

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (92) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(56) 

“lieva finanzjarja” tfisser lieva finanzjarja kif definita fil-punt (93) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(57) 

“riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva” tfisser riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva kif definit fil-punt (94) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(58) 

“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” tfisser istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu kif definita fil-punt (98) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M11

(59) 

“approċċi interni” tfisser l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonij interna msemmi fl-Artikolu 143(1), l-approċċ tal-mudell intern imsemmi fl-Artikolu 221, il-metodu tal-mudelli interni msemmi fl-Artikolu 283, l-approċċ tal-mudell intern alternattiv msemmi fl-Artikolu 325az, u l-approċċ ta’ valutazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 265(2), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5

(60) 

“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta' riżoluzzjon kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(61) 

“istituzzjoni globali sistemikament importanti” jew “G-SII” tfisser G-SII kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(62) 

“istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE” jew “G-SII mhux tal-UE” tfisser G-SII mhux tal-UE kif definita fil-punt (134) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(63) 

“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt (138) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(64) 

“grupp ta' pajjiż terz” tfisser grupp li l-impriża prinċipali tiegħu tkun stabbilita f'pajjiż terz;

(65) 

“politika ta' rimunerazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi” tfisser politika ta' rimunerazzjoni bbażata fuq ħlas ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali;

▼M11

(66) 

“istituzzjoni kbira” tfisser istituzzjoni kbira kif iddefinita fl-Artikolu 4(1), il-punt (146), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(67) 

“pagament perjodiku ta’ penali” tfisser miżura ta’ infurzar perjodiku pekunjarju immirat lejn it-tmiem ta’ ksur kontinwu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ksur ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament u li ġġiegħel lill-persuna fiżika jew ġuridika tirritorna għall-konformità mad-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet miksura;

(68) 

“riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “riskju ESG” tfisser riskju ambjentali, soċjali u ta’ governanza kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (52d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(69) 

“newtralità klimatika” tfisser l-objettiv ġenerali li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(70) 

“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) li ma jkunx munita diġitali tal-bank ċentrali.

▼B

Artikolu 3 2.
Fejn din id-Direttiva tirreferi għall-korp amministrattiv u, skont il-liġi nazzjonali, il-funzjonijiet ta' ġestjoni u superviżorji tal-korp ta' ġestjoni ikunu assenjati lil korpi differenti jew membri differenti fi ħdan korp wieħed, l-Istat Membru għandu jidentifika l-korpi jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor minn din id-Direttiva.
Artikolu 3 3.

Sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jew is-setgħat superviżorja stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 japplikaw fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata skont din id-Direttiva u dan ir-Regolament, it-termini “istituzzjoni”, “istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru”, “istituzzjoni prinċipali tal-UE” u “impriża omm” għandhom jinkludu ukoll:

(a) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji u kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li ngħataw approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a ta' din id-Direttiva;

(b) 

istituzzjonijiet nominati kkontrollati minn kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru fejn il-kumpannija prinċipali rilevanti ma tkunx soġġetta għall-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a(4) ta' din id-Direttiva; u

(c) 

kumpanniji azzjonarji finanzjarji, kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jew istituzzjonijiet nominati skont il-punt (d) tal-Artikolu 21a(6) ta' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.