+Artikolu 8 Awtorizzazzjoni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
|
Artikolu 8 Awtorizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 sa 14, huma għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikaw lill-ABE.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
▼M5
(a)
l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni strutturali u l-arranġamenti ta' governanza previsti fl-Artikolu 10;
(b)
ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjonijiet kwalifikanti, jew, fejn ma jkun hemm ebda parteċipazzjoni kwalifikanti, għall-akbar 20 azzjonist jew membru, skont l-Artikolu 14; u
▼B
(c)
l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 14.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 8 4.
|
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
|
|
Artikolu 8 5.
|
L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex tiġi speċifikata metodoloġija ta' valutazzjoni komuni għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|