+Artikolu 14 1.
|
Artikolu 14 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx infurmathom dwar l-identitajiet tal-azzjonisti tagħha jew il-membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u bl-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet azzjonarji jew, fejn ma jkunx hemm parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, l-akbar 20 azzjonisti jew membri. Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti jkunux ġew sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (
8
), u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva. L-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jkollhom bħala riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn irrevokabbli inkluż skont il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, dment li dawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent, u mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|