+Artikolu 16 Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.

Artikolu 16 Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

L-awtorità kompetenti għandha, qabel tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun:

(a) 

sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b) 

sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(c) 

kkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi, sew jekk fiżiċi jew ġuridiċi, bħal dawk li jikkontrollaw istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 16 2.

L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta l-awtorità kompetenti li hi responsabbli għas-superviżjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ditti tal-investiment fl-Istat Membru kkonċernat fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tkun:

(a) 

sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(b) 

sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;

(c) 

ikkontrollata mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni.

Artikolu 16 3.
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw ma’ xulxin meta jivvalutaw l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra tal-istess grupp. Huma għandhom jiskambjaw kull informazzjoni li tirrigwarda l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp ta' ġestjoni li tkun ta’ rilevanza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.