|
+Artikolu 18 Irtirar tal-awtorizzazzjoni |
Artikolu 18 Irtirar tal-awtorizzazzjoniArtikolu 18 Irtirar tal-awtorizzazzjoni L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija biss fejn tali istituzzjoni ta’ kreditu:
(a)
ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma tkunx baqgħet twettaq in-negozju għal aktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni dwar l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni f'tali każijiet;
(aa)
tuża l-awtorizzazzjoni tagħha b'mod esklużiv biex tkun involuta fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għal perijodu ta' ħames snin konsekuttivi jkollha assi totali medji inqas mil-livelli limitu stabbiliti f'dak l-Artikolu;
(b)
tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz ieħor irregolari;
(c)
ma tkunx għadha tissodisfa l-kondizzjonijiet li bihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d)
ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti fil-Parti Tlieta, Erbgħa jew Sitta, ħlief għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew imposti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) jew l-Artikolu 105 ta' din id-Direttiva jew ma tibqax tkun affidabbli fit-twettiq tal-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u, b'mod partikolari, ma tibqax tipprovdi garanzija għall-assi fdati lilha mid-depożitanti tagħha;
(e)
taqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi l-irtirar tal-awtorizzazzjoni; jew
(f)
twettaq xi ksur imsemmi fl-Artikolu 67(1); jew
(g)
tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ikun ġie ddeterminat li qed tfalli jew probabbilment ser tfalli f’konformità mal-Artikolu 32(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2014/59/UE jew f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(ii)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 32(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 hija ssodisfata fir-rigward ta’ din l-istituzzjoni ta’ kreditu;
(iii)
l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tqis li l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 32(1), il-punt (c), tad-Direttiva 2014/59/UE jew fl-Artikolu 18(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma hijiex issodisfata fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|