|
+Artikolu 21a 6. |
Artikolu 21a 6.Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju. Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:
(a)
is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma tal-istituzzjonijiet sussidjarji miżmuma mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;
(b)
il-ħruġ ta' inġunzjonijiet jew penali kontra l-kumpannija azzjonarja finanzjarja, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġers, soġġett għall-Artikoli 65 sa 72;
(c)
l-għoti ta' struzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta biex tittrasferixxi lill-azzjonisti tagħha l-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha;
(d)
fuq bażi temporanja ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew istituzzjoni oħra fil-grupp bħala responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f' f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata;
(e)
ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta' distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti;
(f)
il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jċedu jew inaqqsu holdings f'istituzzjonijiet jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju;
(g)
il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jippreżentaw pjan dwar ir-ritorn, mingħajr dewmien, lejn il-konformità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|