+Artikolu 21a Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta
---+Artikolu 21a 1.
---+Artikolu 21a 2.
---+Artikolu 21a 3.
---+Artikolu 21a 4.
---+Artikolu 21a 4a.
---+Artikolu 21a 5.
---+Artikolu 21a 6.
---+Artikolu 21a 7.
---+Artikolu 21a 8.
---+Artikolu 21a 9.
---+Artikolu 21a 10.
|
Artikolu 21a Approvazzjoni ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21a 1.
|
Kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-UE u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-UE għandhom jitolbu l-approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta oħrajn għandhom jitolbu l-approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta jkunu meħtieġa jikkonformaw ma’ din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi subkonsolidata jew fejn ikunu nnominati bħala responsabbli biex jiżguraw il-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq bażi regolari, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba fis-sena, jirrieżaminaw l-impriżi prinċipali ta’ istituzzjoni sabiex jivverifikaw jekk dik l-istituzzjoni, l-entità li titlob awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8, jew l-entità nominata bħala responsabbli għall-iżgurar tal-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata (l-“entità nnominata”) tkunx identifikat b’mod korrett kwalunkwe impriża li tikkonforma mal-kriterji li għandhom jitqiesu bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn l-impriżi prinċipali jkunu jinsabu fi Stati Membri oħrajn għajr l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istituzzjoni, l-entità li titlob awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8 jew l-entità nnominata, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex iwettqu r-rieżami. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, u jaġġornaw fuq bażi annwali, lista ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu ngħataw approvazzjoni jew li jkunu ġew eżentati mill-approvazzjoni fl-Istat Membru f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fejn tkun ingħatat eżenzjoni mill-approvazzjoni, il-lista għandha tindika wkoll l-entità nnominata.
|
|
Artikolu 21a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fih għandhom jagħtu lis-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li tkun parti minnha l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, b'indikazzjoni ċara tas-sussidjarji tagħha u, fejn applikabbli, l-impriżi prinċipali, u l-post u t-tip ta' attività li titwettaq minn kull waħda mill-entitajiet fil-grupp;
▼M11
(b)
informazzjoni dwar in-nominazzjoni ta’ tal-anqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-konformità mal-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 91(1);
▼M5
(c)
informazzjoni dwar il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14 dwar l-azzjonisti u l-membri, fejn il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jkollha istituzzjoni ta' kreditu bħala s-sussidjarja tagħha;
(d)
l-organizzazzjoni interna u d-distribuzzjoni tal-kompiti fil-grupp;
(e)
kwalunkwe informazzjoni oħra li tista' tkun neċessarja biex jitwettqu l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.
Meta l-approvazzjoni jew l-eżenzjoni minn approvazzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu sseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8, 22 jew 27a, l-awtorità kompetenti għall-finijiet ta’ dawk l-Artikoli għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Il-perjodu ta’ valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu, jew fl-Artikolu 27a (6) għandu jkun sospiż sakemm titlesta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 21a 3.
|
Tista' tingħata approvazzjoni lil kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu biss fejn ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-arranġamenti interni u d-distribuzzjoni ta' kompiti fil-grupp ikunu adegwati għall-finijiet ta' konformità mar-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata u, b'mod partikolari, ikunu effettivi:
(i)
fil-koordinazzjoni tas-sussidjarji kollha tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta inkluż, fejn meħtieġ, permezz ta' distribuzzjoni adegwata tal-kompiti fost l-istituzzjonijiet sussidjarji;
(ii)
fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti fil-grupp; u
(iii)
fl-infurzar tal-politiki tal-grupp kollu stabbiliti mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fil-grupp kollu;
(b)
l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp li minnu tagħmel parti kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tostakolax jew tipprevjeni b'mod ieħor is-superviżjoni effettiva ta' istituzzjonijiet sussidjarji jew ta' istituzzjonijiet prinċipali rigward l-obbligi individwali, konsolidati u, fejn adatt, subkonsolidati li għalihom ikunu soġġetti. Il-valutazzjoni ta' dak il-kriterju għandha tieħu kont, b'mod partikolari:
(i)
tal-pożizzjoni tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi grupp b'ħafna saff;
(ii)
l-istruttura azzjonarja; u
(iii)
ir-rwol tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta fi ħdan il-grupp;
▼M11
(c)
il-kriterji rigward l-azzjonisti u l-membri tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Artikolu 14 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 121 jiġu ssodisfati.
▼M5
|
|
Artikolu 21a 4.
|
►M11
Il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tista’ titlob eżenzjoni mill-approvazzjoni skont dan l-Artikolu, li għandha tingħata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: ◄
(a)
l-attività prinċipali tal-kumpannija azzjonarja finanzjarja tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji jew, fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, l-attività prinċipali tagħha rigward l-istituzzjonijiet jew l-istituzzjonijiet finanzjarji tkun li takkwista holdings fis-sussidjarji;
(b)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx nominata bħala entità ta' riżoluzzjoni f'xi wieħed mill-gruppi ta' riżoluzzjoni tal-grupp f'konformità mal-istrateġija ta' riżoluzzjoni determinata mill-awtorità ta' riżoluzzjoni rilevanti skont id-Direttiva 2014/59/UE;
▼M11
(c)
istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja sussidjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat approvazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu hija nominata bħala responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-grupp mar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi konsolidata u tingħata l-mezzi u l-awtorità legali kollha meħtieġa biex twettaq dawk l-obbligi b’mod effettiv;
▼M5
(d)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tkunx involuta fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, operazzjonali jew finanzjarji li jaffettwaw lill-grupp jew lis-sussidjarji tagħha li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji;
(e)
ma jkunx hemm xi impediment għas-superviżjoni effikaċi tal-grupp fuq bażi konsolidata.
Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni skont dan il-paragrafu m'għandhomx ikunu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni kif stabbilit f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 21a 4a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, is-superviżur konsolidanti jista’ jippermetti, fuq bażi ta’ każ b’każ, lill-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma eżentati mill-approvazzjoni li jiġu esklużi mill-perimetru tal-konsolidazzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-esklużjoni ma taffettwax l-effettività tas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew tal-grupp;
(b)
il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma jkollha l-ebda skopertura ta’ ekwità għajr l-iskopertura ta’ ekwità fl-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali intermedja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tikkontrolla l-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja;
(c)
il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma tagħmilx rikors sostanzjali għall-ingranaġġ u ma jkollhiex skoperturi li mhumiex relatati mas-sjieda tagħha fl-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali intermedja jew fil-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li tikkontrolla l-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja.
|
|
Artikolu 21a 5.
|
Is-superviżur konsolidanti għandu jissorvelja l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4 fuq bażi kontinwa. Il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandhom jipprovdu lis-superviżur konsolidanti l-informazzjoni li jeħtieġu biex tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa l-organizzazzjoni strutturali tal-grupp u l-konformità mal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 4. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkondividi dik l-informazzjoni mal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta.
|
|
Artikolu 21a 6.
|
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunux issodisfati jew ma baqgħux ikunu ssodisfati, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tkun soġġetta għal miżuri superviżorji adatti biex jiġu żgurati jew jerġa' jkun hemm, skont il-każ, il-kontinwità u l-integrità ta' superviżjoni konsolidata u tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata. Fil-każ ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, il-miżuri superviżorji għandhom, b'mod partikolari, iqisu l-effetti fuq il-konglomerat finanzjarju. Il-miżuri superviżorji msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu:
(a)
is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma tal-istituzzjonijiet sussidjarji miżmuma mill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta;
(b)
il-ħruġ ta' inġunzjonijiet jew penali kontra l-kumpannija azzjonarja finanzjarja, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew il-membri tal-korp ta' ġestjoni u l-maniġers, soġġett għall-Artikoli 65 sa 72;
(c)
l-għoti ta' struzzjonijiet jew direzzjonijiet lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta biex tittrasferixxi lill-azzjonisti tagħha l-parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet sussidjarji tagħha;
(d)
fuq bażi temporanja ta' kumpannija azzjonarja finanzjarja, kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew istituzzjoni oħra fil-grupp bħala responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati f' f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata;
(e)
ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni ta' distribuzzjonijiet jew pagamenti tal-imgħax lill-azzjonisti;
(f)
il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jċedu jew inaqqsu holdings f'istituzzjonijiet jew entitajiet oħra tas-settur finanzjarju;
(g)
il-ħtieġa li l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta jippreżentaw pjan dwar ir-ritorn, mingħajr dewmien, lejn il-konformità.
|
|
Artikolu 21a 7.
|
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun stabbilixxa li ma jibqgħux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandha tfittex approvazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 21a 8.
|
►M11
Meta s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun stabbilita, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien b’konsultazzjoni sħiħa għall-fini tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni, l-eżenzjoni mill-approvazzjoni u l-esklużjoni mill-perimetru ta’ konsolidazzjoni msemmi fil-paragrafi 3, 4 u 4a u dwar il-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafi 6 u 7. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4, 4a, 6 u 7, kif applikabbli, u għandu jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu dik il-valutazzjoni. ◄
Fil-każ li tittieħed deċiżjoni konġunta, meta s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi implimentata wkoll jew, fejn permess skont il-liġi nazzjonali, għandha tapplika direttament fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi debitament dokumentata u motivata. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika d-deċiżjoni konġunta lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta għandu joqgħod lura milli jieħu deċiżjoni u għandu jirreferi l-kwistjoni lill-ABE f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferita lill-ABE wara tmiem il-perijodu ta' xahrejn jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
|
|
Artikolu 21a 9.
|
Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE.
|
|
Artikolu 21a 10.
|
►M11
Fejn tiġi rifjutata l-approvazzjoni jew l-eżenzjoni minn approvazzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta skont dan l-Artikolu, is-superviżur konsolidanti għandu javża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha fi żmien erba’ xhur mill-wasla tal-applikazzjoni, jew fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien erba’ xhur mill-wasla tal-informazzjoni sħiħa meħtieġa għad-deċiżjoni. ◄
F'kull każ, deċiżjoni għal għoti jew rifjut ta' approvazzjoni għandha, madankollu, tittieħed fi żmien sitt xhur mill-wasla ta' din l-applikazzjoni. Rifjut jista' jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fl-paragrafu 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|