Fil-każ ta' kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta, fejn is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun differenti mill-koordinatur determinat f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/87/KE, il-qbil tal-koordinatur għandu jkun meħtieġ għall-finijiet tad-deċiżjonijiet jew id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafi 3, 4, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli. Fejn ikun meħtieġ il-qbil tal-koordinatur, in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi riferut lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, jiġifieri, l-ABE jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
), li għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment. Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont dan il-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva 2002/87/KE jew 2009/138/KE.