+Artikolu 26 Obbligi ta’ informazzjoni u penali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
|
Artikolu 26 Obbligi ta’ informazzjoni u penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Malli jsiru jafu bi kwalunkwe akkwist jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħhom li huma kaġun ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji li jeċċedu jew jaqgħu taħt xi wieħed mil-livelli limitu imsemmija fl-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 25, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwisti jew iċ-ċessjonijiet. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat għandhom, mill-inqas darba fis-sena, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fil-pussess tagħhomu d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet azzjonarji kif murija, pereżempju, bl-informazzjoni li tkun waslet fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti rigward il-kumpanniji li jistgħu jagħmlu negozju f'suq regolat.
|
|
Artikolu 26 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni msemmija fl-Artikolu 22(1) aktarx li tkun topera għad-detriment tal-ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu f’inġunzjonijiet, penali, soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72, kontra membri tal-korp ta' ġestjoni u l-amministraturi jew is-sospenzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni. Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif stipulat fl-Artikolu 22(1) u soġġetti għall-Artikoli 65 sa 72. Jekk il-parteċipazzjoni azzjonarja tkun ġiet akkwistata minkejja l-oppożizzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentement minn kwalunkwe penali oħra li għandha tiġi adottata, jipprevedu jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot korrispondenti, jew in-nullità tal-voti mitfugħa, jew il-possibbiltà li dawn ikunu annullati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|