|
+Artikolu 27 Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti |
Artikolu 27 Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikantiArtikolu 27 Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti msemmija fl-Artikoli 22, 25 u 26 ikunux sodisfatti, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 2004/109/KE, u l-kondizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva. Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 26 ikunux issodisfati, l-Istati Membri m'għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li istituzzjonijiet jista’ jkollhom b'riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, sakemmdawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u huma mneħħija fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|