+Artikolu 35 Ir-rekwiżit tan-notifika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
|
Artikolu 35 Ir-rekwiżit tan-notifika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha.
|
|
Artikolu 35 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja meta tagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1:
(a)
l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;
(b)
programm tal-attivitajiet li jistipula, fost l-oħrajn, it-tipi ta’ negozju previsti u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;
(c)
l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti li minn fejn ikunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
(d)
l-ismijiet ta’ dawk li ser ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-fergħa.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu, b'kont meħud tal-attivitajiet previsti, huma għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, huma għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinfurmaw b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu. B’deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 34, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja u l-ammonti totali tal-iskopertura għar-risjku ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 92(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-impriża prinċipali tagħha.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kollha. Dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ tweġiba għandu jkun soġġett għad-dritt ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru domiċiljari.
|
|
Artikolu 35 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 35 6.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika. Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 35 7.
|
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|