+Artikolu 39 Proċedura ta’ notifika
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.

Artikolu 39 Proċedura ta’ notifika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq teżerċita l-libertà ta' forniment ta' servizzi bit-twettiq tal-attivitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, bl-attivitajiet fil-lista tal-Anness I li tkun biħsiebha twettaq.
Artikolu 39 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika prevista fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 39 3.
Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa d-drittijiet miksuba mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu jipprovdu s-servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 1993.
Artikolu 39 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skont dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 39 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 39 6.
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.