+Artikolu 41 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
|
Artikolu 41 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari skont l-Artikolu 50, jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:
(a)
l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
hemm riskju materjali li l-istituzzjoni ta’ kreditu mhijiex ser tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew mar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mingħajr dewmien, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tirrimedja in-nuqqas ta' konformità jew tieħu miżuri sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta' konformità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri mill-lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jikkunsidraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari ma jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom jew ma jkunux ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|