+KAPITOLU 4 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
---+Artikolu 40 Rekwiżiti ta' rappurtar
---+Artikolu 41 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti
------+Artikolu 41 1.
------+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 42 Raġunijiet u komunikazzjoni
---+Artikolu 43 Miżuri prekawzjonarji
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
------+Artikolu 43 3.
------+Artikolu 43 4.
------+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 44 Setgħat tal-Istati Membri ospitanti
---+Artikolu 45 Miżuri wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni
---+Artikolu 46 Reklamar

KAPITOLU 4 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

KAPITOLU 4 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 Rekwiżiti ta' rappurtar

Artikolu 40

Rekwiżiti ta' rappurtar

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet tagħhom f’dawk l-Istati Membri ospitanti.

Dawn ir-rapporti għandhom jintalbu biss għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta' statistika, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 51(1), jew għal finijiet superviżorji f'konformità ma' dan il-Kapitolu. Huma għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).

L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu informazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk fergħa tkunx sinifikanti skont l-Artikolu 51(1).

Artikolu 41 Miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin fl-Istat Membru ospitanti
Artikolu 42 Raġunijiet u komunikazzjoni

Artikolu 42

Raġunijiet u komunikazzjoni

Kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 43 jew 44 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà ta' forniment ta' servizzi jew tal-libertà ta' stabbiliment għandha tkun motivata kif xieraq u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

Artikolu 43 Miżuri prekawzjonarji
Artikolu 44 Setgħat tal-Istati Membri ospitanti

Artikolu 44

Setgħat tal-Istati Membri ospitanti

L-Istati Membri ospitanti jistgħu, irrispettivament mill-Artikoli 40 u 41, jeżerċitaw is-setgħat ikkonferiti lilhom skont din id-Direttiva biex jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu jew jippenalizzaw il-ksur imwettaq fit-territorji tagħhom tar-regoli li jkunu adottaw skont din id-Direttiva jew fl-interess tal-ġid komuni. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew transazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom.

Artikolu 45 Miżuri wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni

Artikolu 45

Miżuri wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni

Fil-każ tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma titħallhiex tibda transazzjonijiet oħra fit-territorju tiegħu u biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tad-depożitanti.

Artikolu 46 Reklamar

Artikolu 46

Reklamar

Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu b'uffiċċji prinċipali fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi ta’ komunikazzjoni kollha disponibbli fl-Istat Membru ospitanti, soġġett għal kwalunkwe regola dwar l-għamla u l-kontenut ta’ tali reklamar adottata fl-interess tal-ġid komuni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.