+Artikolu 43 Miżuri prekawzjonarji
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
|
Artikolu 43 Miżuri prekawzjonarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Qabel ma jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f’sitwazzjonijiet ta' emerġenza, sakemm jittieħdu l-miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu kontra l-instabbiltà finanzjarja li thedded serjament tali interessi kollettivi tad-depożitanti, l-investituri u l-klijenti tal-Istati Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Kull miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-fini tagħhom, biex jipproteġu kontra instabbiltà finanzjarja li thedded serjament l-interessi kollettivi ta' depożitanti, investituri u klijenti fl-Istat Membru ospitanti. Tali miżuri ta' prekawzjoni jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-ħlas. Dawn m'għandhomx jirriżultaw fi preferenza għall-kredituri tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti fuq kredituri fi Stati Membri oħrajn.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Kwalunkwe miżura ta' prekawzjoni taħt il-paragrafu 1 m'għandux jibqa' jkollha effett meta l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru domiċiljari jieħdu miżuri skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/24/KE.
|
|
Artikolu 43 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom itemmu l-miżuri ta' prekawzjoni meta huma jikkunsidraw li dawk il-miżuri m'għandhomx japplikaw skont l-Artikolu 41, dment li ma jibqax ikollhom effett f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu informati bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 ta' prekawzjoni mingħajr dewmien bla bżonn. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor affettwat joġġezzjonaw għall-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi skont dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament fi żmien 24 siegħa. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|