+Artikolu 47 Notifika b'rabta mal-fergħat ta’ pajjiż terz u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-istituzzjonijiet ta' kreditu b' tali fergħat
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 1a.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 2a.
---+Artikolu 47 3.
|
Artikolu 47 Notifika b'rabta mal-fergħat ta’ pajjiż terz u l-kondizzjonijiet ta’ aċċess għall-istituzzjonijiet ta' kreditu b' tali fergħat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw, għal fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 47 1a.
|
Stat Membru għandu jeħtieġ li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz biex jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-assi totali li jikkorrispondu għall-attivitajiet tal-fergħa awtorizzati f'dak l-Istat Membru;
(b)
informazzjoni dwar l-assi likwidi disponibbli għall-fergħa, b'mod partikolari d-disponibbiltà tal-assi likwidi f'muniti tal-Istati Membri;
(c)
il-fondi proprji għad-dispożizzjoni tal-fergħa;
(d)
l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożituri fil-fergħa;
(e)
l-arranġamenti għall-ġestjoni tar-riskju;
(f)
l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tal-fergħa;
(g)
il-pjanijiet ta' rkupru li jkopru l-fergħa; u
(h)
kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies neċessarja mill-awtorità kompetenti li tippermetti monitoraġġ komprensiv tal-attivitajiet tal-fergħa.
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar dawn li ġejjin:
(a)
l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali awtorizzazzjonijiet;
(b)
l-assi u l-obbligazzjonijiet totali tal-fergħat awtorizzati tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, kif irrapportati b'mod perjodiku;
(c)
l-isem tal-grupp minn pajjiż terz li tappartjeni għalih fergħa awtorizzata.
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-fergħat kollha f'pajjiż terz awtorizzati biex joperaw fl-Unjoni, li tindika l-Istat Membru fejn huma awtorizzati joperaw.
|
|
Artikolu 47 2a.
|
L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz u l-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjonijiet li jagħmlu parti mill-istess grupp minn pajjiż terz għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha ta' dak il-grupp minn pajjiż terz fl-Unjoni jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, biex tiġi prevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għall-gruppi minn pajjiż terz skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex jiġi prevenut kwalunkwe impatt detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. L-ABE għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, inkluż meta tivverifika jekk intlaħaqx il-limitu massimu msemmi fl-Artikolu 21b(4).
|
|
Artikolu 47 3.
|
L-Unjoni tista', permezz ta’ ftehimiet konklużi ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, tiftiehem li tapplika d-dispożizzjonijiet li jagħtu lil fergħat ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’pajjiż terz trattament ugwali fit-territorju kollu tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|