|
+Artikolu 48k 2. |
Artikolu 48k 2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li ġejja dwar l-impriża ewlenija tagħhom:
(a)
fuq bażi perjodika, informazzjoni aggregata dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin jew irreġistrati, rispettivament, mis-sussidjarji u minn fergħat oħrajn ta’ pajjiżi terzi tal-grupp ta’ dik l-impriża ewlenija fl-Unjoni;
(b)
fuq bażi perjodika, il-konformità tal-impriża ewlenija mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli fuq bażi individwali u konsolidata;
(c)
fuq bażi ad hoc, rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji sinifikanti meta dawn jitwettqu fuq l-impriża ewlenija, u d-deċiżjonijiet superviżorji konsegwenti;
(d)
il-pjanijiet ta’ rkupru tal-impriża ewlenija u l-miżuri speċifiċi li jistgħu jittieħdu fuq il-fergħat ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ dawk il-pjanijiet, u kwalunkwe aġġornament u emenda sussegwenti għal dawk il-pjanijiet;
(e)
l-istrateġija tan-negozju tal-impriża ewlenija fir-rigward tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi u kwalunkwe bidla sussegwenti għal dik l-istrateġija;
(f)
is-servizzi pprovduti mill-impriża ewlenija lill-klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni abbażi ta’ solleċitazzjoni inversa ta’ servizzi f’konformità mal-Artikolu 21c. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|