+Artikolu 48k Informazzjoni regolatorja u finanzjarja dwar il-fergħat ta’ pajjiżi terzi u dwar l-impriża ewlenija
---+Artikolu 48k 1.
---+Artikolu 48k 2.
---+Artikolu 48k 3.
|
Artikolu 48k Informazzjoni regolatorja u finanzjarja dwar il-fergħat ta’ pajjiżi terzi u dwar l-impriża ewlenija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48k 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni dwar:
(a)
l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin fil-kotba tagħhom f’konformità mal-Artikolu 48h u l-assi u l-obbligazzjonijiet li joriġinaw mill-fergħat ta’ pajjiżi terzi, b’diżaggregazzjoni li tidentifika:
(i)
l-akbar assi u obbligazzjonijiet irreġistrati kklassifikati skont is-settur u t-tip ta’ kontroparti, inkluż, b’mod partikolari, l-iskoperturi tas-settur finanzjarju;
(ii)
konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ skoperturi u ta’ sorsi ta’ finanzjament għal tipi speċifikati ta’ kontropartijiet;
(iii)
tranżazzjonijiet interni sinifikanti mal-impriża ewlenija u mal-membri tal-grupp tal-impriża ewlenija;
(b)
il-konformità tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi mar-rekwiżiti li japplikaw għalihom skont din id-Direttiva;
(c)
fuq bażi ad hoc, l-arranġamenti għall-protezzjoni tad-depożiti disponibbli għad-depożitanti fil-fergħat ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 15(2) u (3) tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
15
);
(d)
rekwiżiti regolatorji addizzjonali imposti fuq il-fergħat ta’ pajjiżi terzi mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali.
Għall-finijiet tar-rappurtar tal-informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin fil-kotba tagħhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom japplikaw l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif applikati f’konformità ma r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
) jew il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati applikabbli fl-Istat Membru.
|
|
Artikolu 48k 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li ġejja dwar l-impriża ewlenija tagħhom:
(a)
fuq bażi perjodika, informazzjoni aggregata dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin jew irreġistrati, rispettivament, mis-sussidjarji u minn fergħat oħrajn ta’ pajjiżi terzi tal-grupp ta’ dik l-impriża ewlenija fl-Unjoni;
(b)
fuq bażi perjodika, il-konformità tal-impriża ewlenija mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli fuq bażi individwali u konsolidata;
(c)
fuq bażi ad hoc, rieżamijiet u valutazzjonijiet superviżorji sinifikanti meta dawn jitwettqu fuq l-impriża ewlenija, u d-deċiżjonijiet superviżorji konsegwenti;
(d)
il-pjanijiet ta’ rkupru tal-impriża ewlenija u l-miżuri speċifiċi li jistgħu jittieħdu fuq il-fergħat ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ dawk il-pjanijiet, u kwalunkwe aġġornament u emenda sussegwenti għal dawk il-pjanijiet;
(e)
l-istrateġija tan-negozju tal-impriża ewlenija fir-rigward tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi u kwalunkwe bidla sussegwenti għal dik l-istrateġija;
(f)
is-servizzi pprovduti mill-impriża ewlenija lill-klijenti stabbiliti jew li jinsabu fl-Unjoni abbażi ta’ solleċitazzjoni inversa ta’ servizzi f’konformità mal-Artikolu 21c.
|
|
Artikolu 48k 3.
|
Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu lil awtorità kompetenti milli timponi rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali fuq fergħat ta’ pajjiżi terzi meta tqis li informazzjoni addizzjonali tkun neċessarja biex tikseb stampa komprensiva tal-fergħat tal-pajjiżi terzi jew tan-negozju, tal-attivitajiet jew tas-solidità finanzjarja tal-impriża ewlenija tagħhom, biex tivverifika l-konformità tal-fergħat u tal-impriża ewlenija tagħhom mal-liġi applikabbli u biex tiżgura l-konformità tal-fergħat tal-pajjiżi terzi ma’ dik il-liġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|