+Artikolu 50 Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.
---+Artikolu 50 8.

Artikolu 50 Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet li joperaw, b'mod partikolari permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar differenti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li x'aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li x'aktarx tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ istituzzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitazzjoni ta’ skoperturi kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistemiku kkawżat mill-istituzzjoni, il-proċeduri amministrattivi u kontabbilistiċi u l-mekkaniżmi ta' kontroll intern.
Artikolu 50 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kwalunkwe informazzjoni u sejbiet li jirrigwardaw is-superviżjoni tal-likwidità skont il-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Kapitolu 3 tat-Titolu VII ta’ din id-Direttiva tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjoni permezz tal-fergħat tagħha, dment li din l-informazzjoni u dawn is-sejbiet ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-depożitanti jew l-investituri fl-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 50 3.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha fejn ikun hemm stress ta’ likwidità jew fejn ikun raġonevolment mistenni li dan iseħħ. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru u dwar kwalunkwe miżura prudenzjali ta' superviżjoni meħuda f’dak il-kuntest.
Artikolu 50 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw u jispjegaw fuq talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif l-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti minn dawn tal-aħħar ikunu ġew ikkunsidrati. Meta, b'segwitu għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni u sejbiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li ma ttieħdet l-ebda miżura xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini u lill-ABE, jistgħu jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu aktar ksur sabiex jiġu protetti l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li lilhom jiġu pprovduti servizzi jew biex tiġi protetta l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jaqblux mal-miżuri li jkollhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Fejn l-ABE taġixxi f'konformità ma' dak l-Artikolu, hija għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni fi żmien xahar.

Artikolu 50 5.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirriferu lill-ABE, is-sitwazzjonijiet fejn talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ABE tista’, f’dawk is-sitwazzjonijiet, taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu qbil dwar l-iskambju ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 50 6.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50 7.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta’ skambju ta’ informazzjoni li x'aktarx li jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 50 8.
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.