+Artikolu 51 Fergħat sinifikanti
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.
---+Artikolu 51 5.
---+Artikolu 51 6.

Artikolu 51 Fergħat sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur li jikkonsolida, meta jkun japplika l-Artikolu 112(1), jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, biex fergħa ta' istituzzjoni ta' kreditu titqies bħala sinifikanti.

Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:

(a) 

jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa f’termini ta’ depożiti jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;

(b) 

l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-attivitajiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi ta’ pagament, ta' kumpens u ta' saldu fl-Istat Membru ospitanti;

(c) 

id-daqs u l-importanza tal-fergħa f’termini tal-għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-oriġini u tal-Istat Membri ospitanti, u fejn japplika l-Artikolu 112(1), Is-superviżur konsolidanti għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.

Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom stess fi żmien perijodu ulterjuri ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi għandhom ikunu stabbiliti f’dokument li jkun fih raġunijiet kompluti, għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m'għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva.

Artikolu 51 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabbilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 117(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.

Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’xi sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), din għandha twissi lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u l-Artikolu 59(1) mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskji ta’ istituzzjonijiet b’tali fergħat imsemmija fl-Artikolu 97 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 113(2). Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll d-deċiżjonijiet skont l-Artikoli 104 u 105 sa fejn dawk il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu rilevanti għal dawk il-fergħat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti dwar il-passi operattivi meħtieġa mill-Artikolu 86(11), meta dan ikun rilevanti għar-riskji ta'likwidità fil-munita tal-Istat Membru ospitanti.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkunux ikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew meta, wara tali konsultazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li l-passi operazzjonali rikjesti mill-Artikolu 86(11) ma jkunux adegwati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirriferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 51 3.
Fejn l-Artikolu 116 ma jkunx japplika, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jissorveljaw l-istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabbilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 50. L-istabbiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li għandhom jiġu ddeterminati, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi dwar liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.

Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 7 u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ser jiġu diskussi u l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, mingħajr dewmien, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-miżuri mwettqa.

Artikolu 51 4.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi ddelagata s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 51 5.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġi ddeterminat il-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri.

Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 51 6.
L-ABE għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.