|
+Artikolu 56 Skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet |
Artikolu 56 Skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajietArtikolu 56 Skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru, bejn awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti jew bejn awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom:
(a)
l-awtoritajiet li jkunu fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet oħrajn tas-settur finanzjarju u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(b)
l-awtoritajiet jew il-korpi inkarigati bir-responsabbiltà taż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu tar-regoli makroprudenzjali;
(c)
korpi ta' riorganizzazzjoni jew awtoritajiet li għandhom l-għan li jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;
(d)
skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
il-korpi involuti fl-istralċ u l-falliment tal-istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;
(f)
il-persuni responsabbli għat-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijijiet ta’ istituzzjonijiet, impriżi tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji;
(g)
awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) għall-konformità ma' dik id-Direttiva, u ma' unitajiet tal-intelligence finanzjarja;
(h)
l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi responsabbli għall-applikazzjoni tar-regoli dwar is-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju. L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 m'għandhomx jipprekludu l-iżvelar lil korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija tad-depożiti u skemi ta' kumpens għall-investitur ta’ informazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. L-informazzjoni riċevuta għandha f'kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1). L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 ma għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi skambjata biss kif imsemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu bil-qbil espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|