+Artikolu 57 Skambju ta’ informazzjoni ma’ korpi sorveljanti
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.

Artikolu 57 Skambju ta’ informazzjoni ma’ korpi sorveljanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1.

Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jista' jseħħ skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza:

▼B

(a) 

Il-korpi involuti fl-istralċ u fil-falliment ta' istituzzjonijiet u fi proċeduri oħra simili;

(b) 

tal-iskemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

persuni inkarigati li jwettqu verifiki statutorji tal-kontijiet tal-istituzzjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 57 2.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas li jiġu sodisfatti ta’ dawn il-kondizzjonijiet:

(a) 

li l-informazzjoni tiġi skambjata għall-fini tat-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1);

(c) 

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Artikolu 57 3.
Minkejja l-Artikoli 53, 54 u 55, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà, u l-integrità tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli bil-liġi għall-kxif u l-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji.

F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li tal-inqas għandhom jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

li l-informazzjoni tiġi skambjata bil-għan li jitkixfu u jiġu investigati l-'ksur tal-liġi dwar il-kumpanniji;

(b) 

li l-informazzjoni li tasal tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).;

(c) 

li, fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-qbil espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dawk l-awtoritajiet ikunu qablu magħhom.

Artikolu 57 4.
Fejn, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija f’paragrafu 1 jwettqu l-kompitu tagħhom ta’ kxif jew investigazzjoni bl-għajnuna, fid-dawl tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni nominati għal dak il-fini u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, Stat Membru jista' jestendi l-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 għal tali persuni bil-kondizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.
Artikolu 57 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-ABE l-ismijiet tal-awtoritajiet jew il-korpi li jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu.
Artikolu 57 6.
Sabiex ikun implimentat il-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew il-korpi li jissemmew fil-paragrafu 3 għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbiltajiet preċiżi tal-persuni li lilhom tkun se tintbagħat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.