+Artikolu 58 Trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji ta' protezzjoni tad-depożiti, sistemiċi u ta’ pagament
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.

Artikolu 58 Trasmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji ta' protezzjoni tad-depożiti, sistemiċi u ta’ pagament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.

Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil, awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:

(a) 

il-banek ċentrali tas-SEBĊ u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji meta l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi tal-pagament, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(b) 

skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament;

(d) 

il-BERS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ("EIOPA"), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) u l-AETS, meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex ineħħu l-ostakoli li jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jittrasmettu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 58 2.
Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil dawk l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li jistgħu jeħtieġu l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 54.
Artikolu 58 3.
L-informazzjoni li tasal skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali li jkunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 53(1).
Artikolu 58 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 114(1), l-awtoritajiet kompetenti jikkomunikaw, mingħajr dewmien, l-informazzjoni lill-banek ċentrali tas-SEBĊ meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatat, is-sorveljanza tal-pagamenti, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u lill-BERS meta tali informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.