|
+Artikolu 58 1. |
Artikolu 58 1.Dan il-Kapitolu m'għandux jipprevjeni lil, awtorità kompetenti milli tittrasmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:
(a)
il-banek ċentrali tas-SEBĊ u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji meta l-informazzjoni tkun rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluż it-twettiq tal-politika monetarja u l-forniment ta' likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi tal-pagament, is-sistemi ta' kumpens u saldu, u s-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;
(b)
skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
fejn adatt, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament;
(d)
il-BERS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) ("EIOPA"), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) u l-AETS, meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex ineħħu l-ostakoli li jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jittrasmettu informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|