+Artikolu 58a Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali
---+Artikolu 58a 1.
---+Artikolu 58a 2.
---+Artikolu 58a 3.
---+Artikolu 58a 4.

Artikolu 58a Trasmissjoni ta' informazzjoni lill-korpi internazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58a 1.

Minkejja l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54, awtoritajiet kompetenti jistgħu, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, jittrażmettu jew jikkondividu ċerta informazzjoni ma' dawn li ġejjin:

(a) 

il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji għall-finijiet ta' valutazzjonijiet tal-Programm ta' Valutazzjoni tas-Settur Finanzjarju;

(b) 

il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, għall-finijiet tal-istudji tal-impatt kwantitattiv;

(c) 

il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, għall-finijiet tal-funzjoni ta' sorveljanza tiegħu.

Artikolu 58a 2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu informazzjoni kunfidenzjali biss wara rikjesta espliċita mill-korp rilevanti, fejn jiġu sodisfatti mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-rikjesta tkun debitament ġustifikata fid-dawl tal-kompiti speċifiċi li jitwettqu mill-korp rikjedenti f'konformità mal-mandat statutorju tiegħu;

(b) 

ir-rikjesta tkun preċiża biżżejjed fir-rigward tan-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni meħtieġa, u l-mezz tal-iżvelar jew it-trasmissjoni tagħha;

(c) 

l-informazzjoni mitluba tkun strettament neċessarja għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tal-korp rikjedenti u ma tmurx lil hinn mill-kompiti statutorji mogħtija lill-korp rikjedenti;

(d) 

l-informazzjoni tkun trasmessa jew żvelata esklużivament lill-persuni direttament involuti fit-twettiq tal-kompitu speċifiku;

(e) 

il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' segretezza professjonali tal-inqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artiklu 53(1).

Artikolu 58a 3.
Fejn ir-rikjesta ssir minn xi waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu biss jittrasmettu informazzjoni aggregata jew anonimizzata u jistgħu biss jikkondividu informazzjoni oħra fil-bini tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 58a 4.
Sa fejn dak l-iżvelar ta' informazzjoni jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-korp rikjedenti għandu jkun f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.