|
+Artikolu 63 1. |
Artikolu 63 1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 23 ) u li twettaq f'istituzzjoni l-kompiti deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 24 ), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 25 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha tal-inqas id-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni, li dik il-persuna tkun saret konxja tagħhom filwaqt li tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu, li jista':
(a)
jikkonstitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet;
(b)
jaffettwa il-funzjonament kontinwu tal-istituzzjoni;
(c)
iwassal għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li dik il-persuna ssir konxja tagħhom waqt it-twettiq tal-kompitu tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-istituzzjoni li fiha tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|