+Artikolu 63 Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.

Artikolu 63 Dmir tal-persuni responsabbli għall-kontroll legali tal-kontijiet annwali u kkonsolidati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 63 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe persuna awtorizzata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ( 23 ) u li twettaq f'istituzzjoni l-kompiti deskritti fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 24 ), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati ( 25 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, għandu jkollha tal-inqas id-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni, li dik il-persuna tkun saret konxja tagħhom filwaqt li tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu, li jista':

(a) 

jikkonstitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet;

(b) 

jaffettwa il-funzjonament kontinwu tal-istituzzjoni;

(c) 

iwassal għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu tal-inqas li persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li dik il-persuna ssir konxja tagħhom waqt it-twettiq tal-kompitu tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-istituzzjoni li fiha tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu.

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu s-sostituzzjoni ta' persuna msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk dik il-persuna taġixxi bi ksur tal-obbligi tagħha skont l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 63 2.
Dan l-iżvelar in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġislattiva, regolatorja jew amministrattiva u m'għandux jinvolvi lil tali persuni fi kwalunkwe responsabbiltà. Tali żvelar għandu jsir simultanjament lill-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni sakemm ma jkunx hemm raġunijiet konvinċenti biex dan ma jsirx.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.