|
+Artikolu 66 3. |
Artikolu 66 3.Il-fatturat nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu għandu jkun is-somma tal-entrati li ġejjin, iddeterminata f’konformità mal-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 ( 27 ):
(a)
introjtu mill-imgħax;
(b)
spejjeż ta’ imgħax;
(c)
spejjeż fuq kapital azzjonarju ripagabbli meta mitlub;
(d)
introjtu minn dividendi;
(e)
introjtu minn tariffi u kummissjonijiet;
(f)
spejjeż ta’ tariffi u kummissjonijiet;
(g)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar, nett;
(h)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz tal-qligħ jew telf, nett;
(i)
qligħ jew telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, nett;
(j)
differenzi fil-kambju (qligħ jew telf), nett;
(k)
introjtu operatorju ieħor;
(l)
spejjeż operatorji oħrajn. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-bażi għall-kalkolu għandha tkun l-aktar informazzjoni finanzjarja superviżorja annwali reċenti li tipproduċi indikatur ogħla minn żero. Meta l-persuna ġuridika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx soġġetta għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. Meta l-impriża kkonċernata tkun parti minn grupp, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|