+Artikolu 66 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti għal akkwiżizzjonijiet jew għal ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet materjali, għal trasferimenti materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, għal fużjonijiet jew għal diviżjonijiet
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
|
Artikolu 66 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti għal akkwiżizzjonijiet jew għal ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet materjali, għal trasferimenti materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, għal fużjonijiet jew għal diviżjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn tal-anqas meta:
(a)
jinbdew attivitajiet bħala istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel bi ksur tal-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;
(b)
tal-inqas waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 titwettaq minn entità li tissodisfa l-livell limitu indikat f’dak il-punt u li ma tkunx awtorizzata bħala istituzzjoni ta’ kreditu, ħlief għall-entitajiet li jitolbu l-eżenzjoni skont l-Artikolu 8a ta’ din id-Direttiva;
(c)
jitwettaq in-negozju ta’ ġbir ta’ depożiti jew ta’ fondi rimborżabbli oħrajn mingħand il-pubbliku mingħajr awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu bi ksur tal-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva;
(d)
parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu tiġi akkwistata, direttament jew indirettament, jew tiżdied aktar, direttament jew indirettament, b’tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 22(1) ta’ din id-Direttiva jew li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir is-sussidjarja tal-akkwirent, mingħajr ma jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fir-rigward tagħha l-akkwirent ifittex li jakkwista jew iżid il-parteċipazzjoni kwalifikanti, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, jew kontra l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(e)
parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu tiġi ċeduta, direttament jew indirettament, jew titnaqqas, li bħala konsegwenza, iwassal sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt il-livelli limitu msemmijin fl-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva jew l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax sussidjarja tal-persuna ġuridika li ċċedi l-parteċipazzjoni kwalifikanti, mingħajr notifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(f)
kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) ta’ din id-Direttiva tonqos milli tapplika għall-approvazzjoni bi ksur ta’ dak l-Artikolu jew tikser xi rekwiżit ieħor stabbilit f’dak l-Artikolu;
(g)
akkwirent propost fit-tifsira tal-Artikolu 27a(1) ta’ din id-Direttiva jonqos milli jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar akkwiżizzjoni diretta jew indiretta ta’ parteċipazzjoni materjali bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(h)
kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 27d ta’ din id-Direttiva tonqos milli tinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar disponiment dirett jew indirett ta’ parteċipazzjoni materjali li taqbeż il-15 % tal-kapital eliġibbli ta’ dik l-entità;
(i)
kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 27f(1) ta’ din id-Direttiva teżegwixxi trasferiment materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet mingħajr ma tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti, bi ksur ta’ dak l-Artikolu;
(j)
kwalunkwe waħda mill-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 27i(1) ta’ din id-Direttiva twettaq fużjoni jew diviżjoni bi ksur ta’ dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 66 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-anqas dawn li ġejjin:
(a)
penali amministrattivi:
(i)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, penali amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-valur tal-bejgħ nett annwali totali tal-impriża;
(ii)
fil-każ ta’ persuna fiżika, penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar minn EUR 5 miljuni, jew, fl-Istati Membri li l-munita uffiċjali tagħhom ma hijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fis-17 ta’ Lulju 2013;
(iii)
penali amministrattivi pekunarji sa mhux aktar mid-doppju tal-ammont tal-profitti miksubin jew tat-telf evitat minħabba l-ksur, meta dawk il-profitti miksubin jew it-telf evitat ikun jistgħu jiġu ddeterminati;
(b)
pagamenti perjodiċi ta’ penali:
(i)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, pagamenti perjodiċi ta’ penali ta’ mhux aktar minn 5 % tal-fatturat nett medju ta’ kuljum, li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna ġuridika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;
(ii)
fil-każ ta’ persuna fiżika, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali sa EUR 50 000 , jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-9 ta’ Lulju 2024, li, fil-każ ta’ ksur kontinwu, il-persuna fiżika għandha tkun obbligata tħallas għal kull jum tal-ksur, sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-konformità ma’ obbligu; il-pagament perjodiku ta’ penali jista’ jiġi impost għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur mid-data stabbilita fid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tirrikjedi t-terminazzjoni ta’ ksur u li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali;
(c)
miżuri amministrattivi oħrajn:
(i)
dikjarazzjoni pubblika li tidentifika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew l-impriża prinċipali intermedjarja tal-UE responsabbli u n-natura tal-ksur;
(ii)
ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
(iii)
sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonist jew tal-azzjonisti miżmumin responsabbli għall-ksur imsemmi fil-paragrafu 1;
(iv)
soġġetta għall-Artikolu 65(2), projbizzjoni temporanja kontra xi membru tal-korp ta’ ġestjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li titqies responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet fl-istituzzjonijiet.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont massimu ogħla għall-pagamenti perjodiċi ta’ penali li jridu jiġu applikati għal kull jum tal-ksur. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq bażi ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar. F’dak il-każ, l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li jridu jiġu applikati għall-perjodu rilevanti ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar meta jseħħ ksur ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li japplikaw kuljum f’konformità ma’ dak il-punt għall-perjodu rilevanti. Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti f’data partikolari u jibdew japplikaw f’data aktar tard.
|
|
Artikolu 66 3.
|
Il-fatturat nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu għandu jkun is-somma tal-entrati li ġejjin, iddeterminata f’konformità mal-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (
27
):
(c)
spejjeż fuq kapital azzjonarju ripagabbli meta mitlub;
(e)
introjtu minn tariffi u kummissjonijiet;
(f)
spejjeż ta’ tariffi u kummissjonijiet;
(g)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmumin għan-negozjar, nett;
(h)
qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz tal-qligħ jew telf, nett;
(i)
qligħ jew telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, nett;
(j)
differenzi fil-kambju (qligħ jew telf), nett;
(k)
introjtu operatorju ieħor;
(l)
spejjeż operatorji oħrajn.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-bażi għall-kalkolu għandha tkun l-aktar informazzjoni finanzjarja superviżorja annwali reċenti li tipproduċi indikatur ogħla minn żero. Meta l-persuna ġuridika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx soġġetta għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. Meta l-impriża kkonċernata tkun parti minn grupp, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija.
|
|
Artikolu 66 4.
|
Il-fatturat nett medju ta’ kuljum imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), għandu jkun il-valur tal-bejgħ nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 3 diviż bi 365.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|