+Artikolu 68 Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
|
Artikolu 68 Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippublikaw fuq is-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe sanzjoni amministrattiva li ma tistax tiġi appellata u li tkun imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jew tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 inkluż informazzjoni rigward it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha hija imposta s-sanzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut wara li dik il-persuna tiġi informata b'dawk il-penali. Meta l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali li jistgħu jiġu appellati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jippubblikaw ukoll fuq is-sit web uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.
|
|
Artikolu 68 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali fuq bażi anonima, b'mod konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
meta is-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika u, wara valutazzjoni a priori obbligatorja, jinstab li l-pubblikazzjoni tad-data personali tkun sproporzjonata;
(b)
meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;
(c)
meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lill-istituzzjonijiet jew lill-persuni fiżiċi involuti.
Alternattivament, fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu x'aktarx jieqfu fi perijodu ta' żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tiġi posposta għal tali perijodu ta' żmiem.
|
|
Artikolu 68 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafi 1 jew 2 tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal mhux inqas minn ħames snin. Id-data personali għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti biss għall-perijodu li meħtieġ, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 68 4.
|
Sa 18 ta’ Lulju 2015 l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta' penali mill-Istati Membri fuq bażi anonima kif previst skont paragrafu 2 u, b'mod partikolari fejn kien hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe diverġenza sinifikanti fit-tul taż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-penali skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|