+Artikolu 69 kambju ta' informazzjoni dwar penali u żamma ta' bażi ta' data ċentrali mill-ABE
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
|
Artikolu 69 kambju ta' informazzjoni dwar penali u żamma ta' bażi ta' data ċentrali mill-ABE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 69 1.
|
Soġġett għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali msemmija l-Artikolu 53(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE bil-penali amministrattivi kollha, inklużi l-projbizzjonijiet permanenti kollha, imposti skont l-Artikoli 65, 66 u 67 u dwar l-istatus tal-appelli u l-eżiti tagħhom. L-ABE għandha żżomm bażi ta' data ċentrali ta' penali amministrattivi komunikati lilha unikamenti għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 69 2.
|
Fejn awtorità kompetenti tagħti valutazzjoni rigward reputazzjoni tajba għall-finijiet tal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 16(3), l-Artikolu 91(1) u l-Artikolu 121, hija għandha tikkonsulta l-bażi ta' data tal-ABE dwar il-penali amministrattivi. Fil-każ ta' tibdil fl-istatus jew ta' appell li ikollu suċċess, l-ABE għandha tħassar jew taġġorna l-entrati rilevanti fil-bażi ta' data fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 69 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkontrollaw, f'konformità mad-dritt nazzjonali, l-eżistenza ta' kundanna rilevanti fir-rekord kriminali tal-persuna kkonċernata. Għal dawk il-finijiet, l-informazzjoni għandha tiġi skambjata f'konformità mad-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI kif implimentati fil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 69 4.
|
L-ABE għandha żżomm sitweb b'links għall-pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 68 u għandha turi l-perijodu ta' żmien ta' kemm idumu ppubblikati l-penali amministrattivi ta' kull Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|