+Artikolu 71 Rapportar ta’ ksur
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.

Artikolu 71 Rapportar ta’ ksur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabilixxu mekkaniżmi effikaċi u affidabbli sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 71 2.

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċezzjoni ta’ rapporti dwar ksur u s-segwitu tagħhom;

(b) 

protezzjoni adatta għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw ksur imwettaq fl-istituzzjoni kontra ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħrajn ta' trattament inġust bħala minimu;

(c) 

protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement hija responsabbli għall-ksur, skont id-Direttiva 95/46/KE;

(d) 

regoli ċari li jiżguraw li l-kunfidenzjalità tiġi ggarantita fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fl-istituzzjoni, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.

Artikolu 71 3.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw ksur internament b’mezz speċifiku, indipendenti u awtonomu.

Tali mezz jista' wkoll jiġi pprovdut permezz ta' arranġamenti previsti għall-imsieħba soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.