+Artikolu 75 Sorveljanza tal-politiki tar-rimunerazzjoni
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 3.

Artikolu 75 Sorveljanza tal-politiki tar-rimunerazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f'konformità mal-kriterji għall-iżvelar stabbiliti fil-punti (g), (h), (i) u (k) tal-Artikolu 450(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll l-informazzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għandhom jużaw dik l-informazzjoni biex jagħmlu valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki ta' rimunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.
Artikolu 75 2.
L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 92 sa 95. Il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji ( 28 ).

L-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-ABE għall-iżvilupp ta' linji gwida dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni għall-kategoriji tal-persunal involut fil-forniment ta' servizzi u attivitajiet ta’ investiment fit-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.

L-ABE għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1 biex tagħmel analiżi komparattiva tax-xejriet u l-prattiki tar-rimunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 75 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni fiżiċi f’kull istituzzjoni li jirċievu rimunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, li jaqilgħu mill-inqas EUR 1 miljun, inkluż ir-responsabbiltajiet tagħhom tal-impjiegi, il-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, il-bonus, l-għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-ABE, li għandha tippubblikaha fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format komuni ta’ rapportar. L-ABE tista’ wkoll telabora linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.