|
+Artikolu 78 3. |
Artikolu 78 3.►M11 L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, jissorveljaw il-firxa ta’ ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, kif applikabbli, għall-iskoperturi jew għat-tranżazzjonijiet fil-portafoll ta’ valutazzjoni komparattiva li jirriżulta mill-approċċi ta’ dawk l-istituzzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kwalità ta’ dawk l-approċċi b’mill-inqas l-istess frekwenza bħall-eżerċizzju tal-ABE msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn: ◄
(a)
dawk l-approċċi li juru differenzi sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istess skopertura;
(b)
approċċi fejn ikun hemm varjabbiltà partikolarment għolja jew baxxa, u wkoll fejn ikun hemm sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji. L-ABE għandha tipproduċi rapport li jassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|