+Artikolu 78 Valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni ta’ approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
---+Artikolu 78 3.
---+Artikolu 78 4.
---+Artikolu 78 5.
---+Artikolu 78 6.
---+Artikolu 78 7.
---+Artikolu 78 8.
---+Artikolu 78 9.
|
Artikolu 78 Valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni ta’ approċċi għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:
(a)
li l-istituzzjonijiet permessi jużaw approċċi interni għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ppeżata skont ir-riskju jew tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tagħhom għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li jkunu inklużi fil-portafolli ta’ valutazzjoni komparattiva;
(b)
li l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat alternattiv stabbilit fil-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1a, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tagħhom għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li huma inklużi fil-portafolli referenzjarji, dment li d-daqs tan-negozju fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet li huwa soġġett għar-riskju tas-suq ikun ugwali għal EUR 500 miljun jew akbar f’konformità mal-Artikolu 325a(1), il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;
(c)
li l-istituzzjonijiet li jkollhom il-permess li jużaw approċċi interni skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll istituzzjonijiet rilevanti li japplikaw l-approċċ standardizzat skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, ta’ dak ir-Regolament, jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli tal-approċċi użati għall-fini tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni għall-iskoperturi jew għall-pożizzjonijiet tagħhom li jkunu inklużi fil-portafolli ta’ valutazzjoni komparattiva, meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-istituzzjonijiet iħejju l-kontijiet tagħhom f’konformità ma’ standards kontabilistiċi internazzjonali kif applikati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(ii)
l-istituzzjonijiet iwettqu l-valwazzjoni tal-assi u tal-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ u d-determinazzjoni tal-fondi proprji tagħhom f’konformità mal-istandards kontabilistiċi internazzjonali skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(iii)
l-istituzzjonijiet iwettqu l-valutazzjoni tal-assi u l-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ f’konformità mal-istandards kontabilistiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE (
31
) u jużaw mudell tat-telf ta’ kreditu mistenni li huwa l-istess bħal dak li jintuża fl-istandards kontabilistiċi internazzjonali kif applikati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.
L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw r-riżultati tal-kalkoli msemmijin fl-ewwel subparagrafu flimkien ma’ spjegazzjoni tal-metodoloġiji użati għall-produzzjoni tagħhom u kwalunkwe informazzjoni kwalitattiva, kif mitlub mill-ABE, li tista’ tispjega l-impatt ta’ dawk il-kalkoli fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati mill-inqas darba fis-sena lill-awtoritajiet kompetenti. L-ABE tista’ twettaq l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni kull sentejn għal kull approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu wara li dak l-eżerċizzju jkun sar ħames darbiet għal kull approċċ uniku.
|
|
Artikolu 78 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jippreżentaw ir-riżultati tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 f'konformità mal-mudell żviluppat mill-ABE skont il-paragrafu 8 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ABE. Meta l-awtoritajiet kompetenti jagħżlu li jiżviluppaw portafolli speċifiċi, huma għandhom jagħmlu dan b'konsultazzjoni mal-ABE u jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirrappurtaw ir-riżultati tal-kalkoli separatament mir-riżultati tal-kalkoli għal portafolli tal-ABE.
|
|
Artikolu 78 3.
|
►M11
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, jissorveljaw il-firxa ta’ ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju jew ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji, kif applikabbli, għall-iskoperturi jew għat-tranżazzjonijiet fil-portafoll ta’ valutazzjoni komparattiva li jirriżulta mill-approċċi ta’ dawk l-istituzzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni tal-kwalità ta’ dawk l-approċċi b’mill-inqas l-istess frekwenza bħall-eżerċizzju tal-ABE msemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lil dawn: ◄
(a)
dawk l-approċċi li juru differenzi sinifikanti fir-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-istess skopertura;
▼M11
(b)
approċċi fejn ikun hemm varjabbiltà partikolarment għolja jew baxxa, u wkoll fejn ikun hemm sottovalutazzjoni sinifikanti u sistematika tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
L-ABE għandha tipproduċi rapport li jassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-approċċi interni fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 78 4.
|
Fejn istituzzjonijiet partikolari juru diverġenza sinifikanti mill-maġġoranza tal-pari tagħhom jew fejn ma tantx ikun hemm karatteristiċi komuni fl-approċċi, li jwassal għal diversità wiesgħa ta' riżultati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw ir-raġunijiet għal dan u, jekk ikun jista' jiġi identifikat biċ-ċar li l-approċċ ta' istituzzjoni partikolari jwassal għal sottovalutazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji li ma tistax tiġi attribwita għad-differenzi fir-riskji sottostanti tal-iskoperturi jew il-pożizzjonijiet, huma għandhom jieħdu azzjoni korrettiva.
|
|
Artikolu 78 5.
|
►M11
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet korrettivi kif imsemmijin fil-paragrafu 4 jikkonformaw mal-prinċipju li tali azzjonijiet iridu jżommu l-objettivi tal-approċċi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u għalhekk: ◄
(a)
ma jwasslux għall-istandardizzazzjoni jew għall-metodi preferiti;
(b)
ma joħolqux inċentivi ħżiena; jew
(c)
ma jikkawżawx sitwazzjoni fejn kulħadd jagħmel l-istess ħaġa.
|
|
Artikolu 78 6.
|
L-ABE tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 meta tqis li jkunu neċessarji fuq il-bażi tal-informazzjoni u tal-valutazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu sabiex jitjiebu l-prattiki superviżorji jew il-prattiki tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-approċċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni komparattiva għas-superviżjoni.
|
|
Artikolu 78 7.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-valutazzjonijiet magħmula f'konformità mal-paragrafu 3 bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-ABE;
(b)
l-istandards għall-valutazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2014. Il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 78 8.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-mudell, id-definizzjonijiet u s-soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għar-rappurtar imsemmi fil-paragrafu 2;
(b)
il-portafoll jew portafolli ta' referenza msemmija fil-paragrafu 1;
▼M11
(c)
il-lista ta’ istituzzjonijiet rilevanti msemmija f l-paragrafu 1, il-punt (c).
Għall-finijiet tal-punt (c), meta tiddetermina l-lista ta’ istituzzjonijiet rilevanti, l-ABE għandha tqis kunsiderazzjonijiet tal-proporzjonalità. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 78 9.
|
Sal-1 ta' April 2015 u wara li tkun ikkonsultat lill-ABE, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tal-valutazzjoni komparattiva tal-mudelli interni inkluż il-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jiġi segwit minn proposta leġislattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|