|
+Artikolu 79 Il-kreditu u r-riskju tal-kontraparti |
Artikolu 79 Il-kreditu u r-riskju tal-kontrapartiArtikolu 79 Il-kreditu u r-riskju tal-kontraparti L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li:
(a)
l-għoti tal-kreditu jkun ibbażat fuq kriterji sodi u ddefiniti sewwa u li l-proċess għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament tal-krediti jkun stabbilit b’mod ċar;
(b)
l-istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għad-debituri individwali, it-titoli jew il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u r-riskju tal-kreditu fil-livell tal-portafoll. B’mod partikolari, il-metodoloġiji interni m'għandhomx jistrieħu unikament jew mekkanikalment fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu. Meta r-rekwiżiti ta' fondi proprji jkunu bbażati fuq klassifikazzjoni minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew ibbażati fuq il-fatt li skopertura ma tkunx ikklassifikata, dan m'għandux jeżenta lill-istituzzjonijiet milli jqisu b'mod addizzjonali l-informazzjoni rilevanti oħra għall-valutazzjoni tal-allokazzjoni interna tal-kapital tagħhom;
(c)
l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-portafolli u l-iskoperturi riskjużi varji tal-istituzzjonijiet, inkluż għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ krediti problematiċi u biex ikun hemm aġġustamenti u dispożizzjonijiet ta' valur u adegwati, ikunu mħaddma permezz ta’ sistemi effikaċi;
(d)
id-diversifikazzjoni tal-portafolli tal-kreditu tkun adegwata fl-ambitu tas-swieq fil-mira u l-istrateġija tal-kreditu kumplessiva tal-istituzzjoni;
(e)
l-istituzzjonijiet iwettqu valutazzjoni ex ante ta’ kwalunkwe skopertura tal-kriptoassi li jkun beħsiebhom jindirizzaw u tal-adegwatezza tal-proċessi u tal-proċeduri eżistenti għall-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti, u jirrappurtaw dwar dawk il-valutazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|