|
+Artikolu 81 Riskju ta’ konċentrazzjoni |
Artikolu 81 Riskju ta’ konċentrazzjoniArtikolu 81 Riskju ta’ konċentrazzjoni L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina minn skoperturi għal kull kontroparti, inklużi kontropartijiet ċentrali, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi, u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew mill-istess attività jew prodott bażiku, l-applikazzjoni tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, u inkluż b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ skoperturi indiretti kbar ta’ kreditu, bħal emittent ta’ kollateral waħdieni, ikun indirizzat u kkontrollat, inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub. Għall-kriptoassi mingħajr emittent identifikabbli, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għandu jitqies f’termini ta’ skopertura għall-kriptoassi b’karatteristiċi simili. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżviluppi fil-prattiki tal-istituzzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tagħhom li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, inklużi l-pjanijiet żviluppati f’konformità mal-Artikolu 76(2), il-ħames subparagrafu ta’ din id-Direttiva, kif ukoll il-progress li sar fl-adattament tal-mudelli tan-negozju tagħhom għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|