|
+Artikolu 86 3. |
Artikolu 86 3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet, meta jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, għandhom profili relatati mar-riskju ta' likwidità li huma konsistenti, u mhux iktar minn, dawk meħtieġa għal sistema li taħdem sew u robusta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fir-rigward tal-profili relatati mar-riskju ta' likwidità, pereżempju d-disinn tal-prodott u l-volumi tiegħu, il-ġestjoni tar-riskju, il-politiki relatati mal-finanzjament u l-konċentrazzjonijiet tal-finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni effettiva fejn l-iżviluppi msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jwasslu għall-instabbiltà ta' istituzzjoni individwali jew instabbiltà sistemika. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar kwalunkwe azzjoni mwettqa skont it-tielet subparagrafu. L-ABE għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn xieraq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|