+Artikolu 86 Riskju tal-likwidità
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.
---+Artikolu 86 4.
---+Artikolu 86 5.
---+Artikolu 86 6.
---+Artikolu 86 7.
---+Artikolu 86 8.
---+Artikolu 86 9.
---+Artikolu 86 10.
---+Artikolu 86 11.
|
Artikolu 86 Riskju tal-likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 86 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità fuq sett ta' perjodi ta’ żmien adatti, inklużi fl-istess ġurnata, sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu livelli xierqa ta’ riżervi ta' likwidità. Dawk l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom jitfasslu skont il-linji tan-negozju, il-muniti, il-fergħat u l-entitajiet ġuridiċi u għandhom jinkludu mekkaniżmi adegwati ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, il-benefiċċji u r-riskji tal-likwidità.
|
|
Artikolu 86 2.
|
L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, il-profil ta' riskju, l-ambitu tal-operat tal-istituzzjonijiet u t-tolleranza għar-riskju stabbiliti mill-korp ta' ġestjoni u jirriflettu l-importanza tal-istituzzjoni f’kull Stat Membru li fih tkun twettaq in-negozju. L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw it-tolleranza għar-riskju lil-linji tan-negozju rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 86 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet, meta jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, għandhom profili relatati mar-riskju ta' likwidità li huma konsistenti, u mhux iktar minn, dawk meħtieġa għal sistema li taħdem sew u robusta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fir-rigward tal-profili relatati mar-riskju ta' likwidità, pereżempju d-disinn tal-prodott u l-volumi tiegħu, il-ġestjoni tar-riskju, il-politiki relatati mal-finanzjament u l-konċentrazzjonijiet tal-finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni effettiva fejn l-iżviluppi msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jwasslu għall-instabbiltà ta' istituzzjoni individwali jew instabbiltà sistemika. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ABE dwar kwalunkwe azzjoni mwettqa skont it-tielet subparagrafu. L-ABE għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn xieraq f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 86 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw metodoloġiji għall-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet ta’ finanzjament. Dawk il-metodoloġiji għandhom jinkludu l-likwidità materjali attwali u pproġettati fi, u li jitnisslu minn, assi, obbligazzjonijiet, entrati barra mill-karta tal-bilanċ inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti u l-impatt potenzjali ta’ riskju għar-reputazzjoni.
|
|
Artikolu 86 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn assi mirhuna u assi ħielsa minn irbit li jkunu disponibbli f'kull ħin, b'mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-istituzzjonijiet iqisu l-entità ġuridika li fiha jkunu jinsabu l-assi, il-pajjiż fejn l-assi jkunu rreġistrati legalment jew f’reġistru jew inkella f’kont, u l-eliġibbiltà tagħhom u għandhom jissorveljaw kif l-assi jistgħu jiġu mmobilizzati mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 86 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu wkoll il-limitazzjonijiet legali, regolatorji u operattivi eżistenti għat-trasferimenti potenzjali tal-likwidità u tal-assi ħielsa minn irbit fost l-entitajiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ’il barra minnha.
|
|
Artikolu 86 7.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-għodod differenti għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' likwidità, inkluża sistema ta’ limiti u riżervi ta' likwidità sabiex ikunu b'saħħithom biżżejjed għal sensiela ta’ avvenimenti ta’ stress differenti u struttura ta’ finanzjament adegwatement diversifikata u aċċess għal sorsi ta’ finanzjament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu rieżaminati regolarment.
|
|
Artikolu 86 8.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu xenarji alternattivi ta’ pożizzjonijiet ta' likwidità u tal-mitiganti tar-riskji u jirrieżaminaw is-suppożizzjonijiet sottostanti għad-deċiżjonijiet rigward il-pożizzjoni ta’ finanzjament mill-inqas kull sena. Għal dawk il-finijiet, ix-xenarji alternattivi għandhom jindirizzaw, b'mod partikolari, l-entrati li ma jidhrux u obbligazzjonijiet kontinġenti oħrajn, inklużi dawk tal-Entitajiet bi Skop Speċjali fir-rigward tat-Titolizzazzjoni (SSPEs) jew entitajiet oħrajn bi skopijiet speċjali, kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni taġixxi ta’ sponsor jew tipprovdi appoġġ ta’ likwidità materjali.
|
|
Artikolu 86 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-impatt potenzjali ta’ xenarji alternattivi li jkunu speċifiċi għall-istituzzjoni, mifruxin mas-suq kollu u kkombinati. Għandhom jitqiesu perijodi ta’ żmien differenti u kondizzjonijiet ta’ stress ta’ gradi varjanti.
|
|
Artikolu 86 10.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġustaw l-istrateġiji, il-politiki interni u l-limitazzjonijiet fuq ir-riskju ta' likwidità tagħhom u jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza effikaċi, filwaqt li jqisu l-eżitu tax-xenarji alternattivi msemmija fil-paragrafu 8.
|
|
Artikolu 86 11.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità li jistabbilixxu strateġiji adegwati u miżuri ta' implimentazzjoni adatta biex jindirizzaw il-possibbiltà ta' nuqqas ta' likwidità, inkluż fir-rigward ta' fergħat stabbiliti f'xi Stat Membru ieħor. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li dawk il-pjanijiet jiġu ttestjati mill-istituzzjonijiet mill-inqas kull sena, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 8, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnha, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-passi operattivi meħtieġa minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Dawk il-passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta' kollateral disponibbli b'mod immedjat għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta' kollateral fil-munita ta' Stat Membru ieħor, fejn meħtieġ, jew il-munita ta' pajjiż terz li għalih l-istituzzjoni jkollha skopertura, u meta jkun meħtieġ b'mod operazzjonali fit-territorju ta' Stat Membru ospitanti jew ta' pajjiż terz li t-tali istituzzjoni ta' kreditu tkun skoperta għall-munita tiegħu.'
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|