+Artikolu 89 Rappurtar Pajjiż b'Pajjiż
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
---+Artikolu 89 4.
---+Artikolu 89 5.
---+Artikolu 89 6.
|
Artikolu 89 Rappurtar Pajjiż b'Pajjiż
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Mill-1 ta' Jannar 2015, l-Istati Membri għandhom jesiġu lil kull istituzzjoni biex kull sena tiżvela lill-pubbliku, waqt li tispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandha stabbiliment, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:
(a)
in-natura tal-isem/ismijiet tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;
(c)
l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full time;
(d)
il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;
(e)
it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;
(f)
is-sussidji pubbliċi riċevuti.
|
|
Artikolu 89 2.
|
Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) għall-ewwel darba fi 1 ta’ Lulju 2014.
|
|
Artikolu 89 3.
|
Sa 1 ta’ Lulju 2014, l-istituzzjonijiet globali sistemikament importanti kollha awtorizzati fl-Unjoni għabhom jippreżentawlill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(d) sa (f)fuq bażi kunfidenzjali. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ABE, lill-EIOPA u lill-AETS, kif opportun, għandha twettaq valutazzjoni ġenerali fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi negattivi potenzjali tal-iżvelar pubbliku ta' tali informazzjoni, inkluż l-impatt fuq il-kompetittività, l-investiment u d-disponibbiltà tal-kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2014. Fejn ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika effetti negattivi sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġislattiva adatta għall-emendar tal-obbligi tal-iżvelar stipulati fil-paragrafu 1 u tista' konformement mal-punt (h) tal-Artikolu 145 tiddeċiedi li tiddifferixxi dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni kull sena għandha tirrieżamina kull sena n-neċessità li testendi dan id-differiment.
|
|
Artikolu 89 4.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi vverifikata skont id-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-istituzzjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 89 5.
|
Sa fejn atti leġislattivi futuri tal-Unjoni għal obbligi ta' żvelar ikunu jeċċedu dawk stabbiliti f'dan l-Artikolu, dan l-Artikolu m'għandux jibqa' japplika u għandu jitħassar kif meħtieġ.
|
|
Artikolu 89 6.
|
Sal-1 ta' Jannar 2021, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ABE, l-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għadhiex adegwata, filwaqt li tqis il-valutazzjonijiet tal-impatt, ftehimiet internazzjonali u żviluppi leġislattivi preċedenti fl-Unjoni, u jekk rekwiżiti ta' aktar informazzjoni rilevanti jistgħux jiġu miżjuda mal-paragrafu 1. Sat-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjoni mal-ABE, mal-EIOPA u mal-ESMA, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu u, fejn adatt, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|