+Artikolu 99 Programm ta’ eżami superviżorju
---+Artikolu 99 1.
---+Artikolu 99 2.
---+Artikolu 99 3.
---+Artikolu 99 4.

Artikolu 99 Programm ta’ eżami superviżorju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 99 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas kull sena, jadottaw programm ta’ eżami superviżorju għall-istituzzjonijiet li huma jissorveljaw. Tali programm għandu jqis il-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97. Dan għandu jkun fih li ġej:

(a) 

indikazzjoni ta' kif l-awtoritajiet kompetenti biħsiebhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jallokaw ir-riżorsi tagħhom;

(b) 

identifikazzjoni ta’ liema istituzzjonijiet ikunu maħsuba li jkunu soġġetti għal superviżjoni msaħħa u l-miżuri meħuda għal tali superviżjoni kif stipulat fil-paragrafu 3;

(c) 

pjan għal ispezzjonijiet fil-bini użat mill-istituzzjoni, inklużi l-fergħat u l-livelli sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra skont l-Artikoli 52, 119 u 122.

Artikolu 99 2.

Il-programmi ta’ eżami superviżorju għandhom jinkludu l-istituzzjonijiet li ġejjin:

(a) 

i-istituzzjonijiet li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-ittestjar għal stress msemmi fil-punti (a) u (g) tal-Artikolu 98(1) u l-Artikolu 100, jew l-eżitu tal-proċess ta' rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 97, jindikaw riskji sinifikanti għas-sodezza finanzjarja kontinwa tagħhom jew jindikaw ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M5 —————

▼B

(c) 

kwalunkwe istituzzjoni oħra li fir-rigward tagħha l-awtoritajiet kompetenti jqisu li dan ikun meħtieġ.

Artikolu 99 3.

Fejn jitqies xieraq skont l-Artikolu 97, il-miżuri li ġejjin għandhom jittieħdu, b'mod partikolari, fejn ikun meħtieġ:

(a) 

żieda fin-numru jew il-frekwenza ta’ ispezzjonijiet fuq il-post tal-istituzzjoni;

(b) 

preżenza permanenti tal-awtorità kompetenti fl-istituzzjoni;

(c) 

rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti mill-istituzzjoni;

(d) 

rieżami addizzjonali jew aktar frekwenti tal-pjani operattivi, strateġiċi jew tan-negozju tal-istituzzjoni;

(e) 

eżamijiet tematiċi ta' monitoraġġ ta' riskji speċifiċi li x'aktarx li jkunu ser jimmaterjalizzaw.

Artikolu 99 4.
L-adozzjoni ta' programm ta' eżami superviżorju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari m'għandhiex timpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, każ b'każ, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqin minn fergħat ta' istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom f'konformità mal-Artikolu 52(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.