+Artikolu 104a 2.

Artikolu 104a 2.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:

(a) 

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li huma esklużi b'mod espliċitu, jew li mhumiex espliċitament indirizzati, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;

(b) 

riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.