+Artikolu 104a Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali
---+Artikolu 104a 1.
---+Artikolu 104a 2.
---+Artikolu 104a 3.
---+Artikolu 104a 4.
---+Artikolu 104a 5.
---+Artikolu 104a 6.
---+Artikolu 104a 7.
---+Artikolu 104a 8.
|
Artikolu 104a Rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104a 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) fejn, abbażi tar-rieżamijiet imwettqa f'konformità mal-Artikoli 97 u 101, dawn jiddeterminaw xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin għal istituzzjoni individwali:
(a)
l-istituzzjoni tkun esposta għal riskji jew għal elementi ta' riskju li mhumiex koperti jew li mhumiex koperti biżżejjed, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa, u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
34
);
(b)
l-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 ta' din id-Direttiva jew fl-Artikolu 393 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkun improbabbli li miżuri superviżorji oħrajn ikunu biżżejjed biex jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti f'perijodu ta' żmien adatta;
(c)
l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 98(4) jitqiesu bħala insuffiċjenti sabiex l-istituzzjoni tkun tista' tbigħ jew tiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha f'perijodu qasir bla ma ġġarrab telf materjali f'kondizzjonijiet normali tas-suq;
(d)
l-evalwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 101(4) turi li n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-approċċ permess aktarx li jwassal għal rekwiżiti ta' fondi proprji inadegwati;
(e)
l-istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta' fondi proprji addizzjonali biex tkopri l-gwida kkomunikata f'konformità mal-Artikolu 104b(3);
(f)
sitwazzjonijiet oħrajn speċifiċi għall-istituzzjoni li jitqiesu bħala li jqajmu tħassib superviżorju materjali mill-awtorità kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom biss jimponu r-rekwiżiti ta' fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104(1)(a) biex ikopru r-riskju mġarrab mill-istituzzjonijiet individwali minħabba l-attivitajiet tagħhom, inkluż dawk li jirriflettu l-impatt ta' ċerti fatturi ekonomiċi jew żviluppi tas-suq fuq il-profil tar-riskju ta' istituzzjoni individwali.
|
|
Artikolu 104a 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ir-riskji jew l-elementi ta' riskju għandhom jiġu kkunsidrati mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stipulati fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 biss fejn l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital meqjusa adegwati mill-awtorità kompetenti, wara li jikkunsidraw ir-rieżami superviżorju tal-valutazzjoni mwettqa mill-istituzzjonijiet f'konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 73 ta' din id-Direttiva jkunu ogħla mir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw, b'kont meħud tal-profil tar-riskju ta' kull istituzzjoni individwali, ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, inkluż:
(a)
riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li huma esklużi b'mod espliċitu, jew li mhumiex espliċitament indirizzati, mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(b)
riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402.
Sa fejn ir-riskji jew l-elementi ta' riskju jkunu soġġetti għal arranġamenti tranżizzjonali jew dispożizzjonijiet ta' anterjorità stipulati f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma m'għandhomx jitqiesu li huma riskji jew elementi ta' tali riskji li x'aktarx ikunu sottovalutati minkejja l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kapital meqjus adegwat għandu jkopri r-riskji jew l-elementi kollha ta' riskji identifikati bħala materjali skont il-valutazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li mhumiex koperti jew mhumiex koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-Partijiet Tlieta, Erbgħa u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Ir-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jirriżulta minn pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar jista' jitqies bħala materjali tal-anqas fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 98(5), sakemm l-awtoritajiet kompetenti, fit-twettiq tar-rieżami u tal-evalwazzjoni, ma jaslux għall-konklużjoni li l-ġestjoni mill-istituzzjoni tar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tkun adegwata u li l-istituzzjoni ma tkunx eċċessivament esposta għar-riskju ta' ċaqliq fir-rata tal-imgħax minn attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar.
|
|
Artikolu 104a 3.
|
Fejn fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa biex jindirizzaw riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ta' din id-Direttiva bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Erbgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Meta fondi proprji addizzjonali huma meħtieġa sabiex jindirizzaw ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mhux koperti biżżejjed mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-livell tal-fondi proprji addizzjonali meħtieġa skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ħlief għall-ħames subparagrafu tiegħu, u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji rilevanti stabbiliti fil-Partijiet Tlieta u Sebgħa tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 104a 4.
|
L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskji apparti mir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-fondi proprji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
tal-anqas tliet kwarti mir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għandhom jissodisfaw il-kapital tal-Grad 1;
(b)
tal-anqas tliet kwarti mill-kapital tal-Grad 1 imsemmi fil-punt (a) għandhom ikunu komposti mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni.
L-istituzzjoni għandha tagħmel tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali impost mill-awtorità kompetenti taħt il-punt (a) tal-Artikolu 104(1) biex tindirizza r-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva mal-Kapital tal-Grad 1. Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji addizzjonali b’sehem akbar ta’ kapital tal-Grad 1 jew ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, fejn ikun meħtieġ, u b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni. Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw riskji minbarra r-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata;
(c)
il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva fejn dik il-gwida tindirizza riskji oħra minbarra r-riskju ta' lieva finanzajrja eċċessiva.
Fondi proprji li jintużaw biex jagħmlu tajjeb għar-rekwiżit tal-fondi proprji addizzjonali msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) ta' din id-Direttiva impost mill-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw ir-riskju ta' lieva finanzjarja eċċessiva li mhux kopert suffiċjentement mill-punt (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma għandhomx jintużaw biex jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżit ta' fondi proprji stabbilit fil-punti (d) tal-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
ir-rekwiżit ta' riżerva għall-proporzjon ta' lieva finanzjarja msemmi fl-Artikolu 92(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(c)
il-gwida dwar fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 104b(3) ta' din id-Direttiva, fejn dik il-gwida tindirizza r-riskji ta' lieva finanzjarja eċċessiva.
|
|
Artikolu 104a 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha debitament tiġġustifika bil-miktub lil kull istituzzjoni d-deċiżjoni li timponi rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont il-punt (a) tal-Artikolu 104(1), tal-anqas billi tagħti rendikont ċar tal-valutazzjoni sħiħa tal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi, fil-każ stabbilit fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, dikjarazzjoni speċifika tar-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni ta' gwida dwar il-fondi proprji addizzjonali m'għadhiex meqjusa bħala suffiċjenti.
|
|
Artikolu 104a 6.
|
Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output stabbilit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu japplika dan li ġej:
(a)
l-ammont nominali ta’ fondi proprji addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a), sabiex jiġu indirizzati r-riskji għajr ir-riskju ta’ lieva eċċessiva ma jridx jiżdied bħala riżultat tal-irbit tal-istituzzjoni bil-minimu tal-output;
(b)
l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tat-tmiem tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni li jmiss, tirrevedi l-fondi proprji addizzjonali li kienet teħtieġ mill-istituzzjoni f’konformità mal- Artikolu 104(1), il-punt (a), u tneħħi kwalunkwe parti minnhom li tgħodd darbtejn ir-riskji li diġà jkunu koperti bis-sħiħ mill-fatt li l-istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output;
(c)
hekk kif l-awtorità kompetenti tkun lestiet ir-rieżami msemmi fil-punt (b) ta’ dan is-subparagrafu, il-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikoli 131 u 133 ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni għandha titqies bħala marbuta bil-minimu tal-output meta l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkolat f’konformità mal- Artikolu 92(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jaqbeż l-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju mingħajr minimu tagħha kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(4) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 104a 7.
|
Sal-10 ta’ April 2025, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar kif jiġu operazzjonalizzati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari:
(a)
kif l-awtoritajiet kompetenti iridu jirriflettu fil-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji tagħhom il-fatt li istituzzjoni tkun intrabtet bil-minimu tal-output;
(b)
kif l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet kompetenti iridu jikkomunikaw u jiddivulgaw l-impatt fuq ir-rekwiżiti superviżorji ta’ istituzzjoni li ntrabtet bil-minimu tal-output.
|
|
Artikolu 104a 8.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, dment li istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output, l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ma għandhiex timponi rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali li jgħodd darbtejn ir-riskji li diġà jkunu koperti bis-sħiħ mill-fatt li l-istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|