B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-punt (b) tal-paragrafu 3 u mill-paragrafu 4, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali istituzzjoni ta' kreditu waħda jew aktar fil-grupp meta s-somma tat-total tal-karta tal-bilanċ ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu tkun ogħla minn dik tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ssorveljati fuq bażi individwali minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, meta awtorità kompetenti tissorvelja fuq bażi individwali aktar minn ditta tal-investiment waħda fi grupp, is-superviżur li jikkonsolida għandu jkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja fuq bażi individwali ditta tal-investiment waħda jew aktar fil-grupp bl-ogħla total fuq il-karta tal-bilanċ fl-aggregat.