+Artikolu 112 Koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji mis-superviżur konsolidanti
---+Artikolu 112 1.
---+Artikolu 112 2.
---+Artikolu 112 3.
|
Artikolu 112 Koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji mis-superviżur konsolidanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112 1.
|
Minbarra l-obbligi imposti minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) Nru 575/2013, is-superviżur konsolidanti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
il-koordinazzjoni tal-ġbir u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rilevanti jew essenzjali f'sitwazzjonijiet ta' negozju operattiv jew ta’ emerġenza;
(b)
l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta' negozju attiv, inkluż rigward l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu 3 tat-Titolu VII, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;
(c)
l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’kooperazzjoni mal- awtoritajiet kompetenti involuti, u jekk ikun meħtieġ mal-banek ċentrali tas-SEBĊ, bi tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u matulhom, inklużi żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-kriżijiet.
|
|
Artikolu 112 2.
|
Meta s-superviżur konsolidanti jonqos milli jwettaq il-kompiti msemmija f'paragrafu 1 jew meta l-awtoritajiet kompetenti ma jikkooperawx mas-superviżur konsolidanti sal-punt meħtieġ fit-twettiq tal-kompiti f'paragrafu 1, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati tista’ tirriferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010. L-ABE tista' wkoll tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tagħha stess f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 112 3.
|
L-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1(c) ta' dan l-Artikolu jinkludu l-miżuri eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 117(1)(d) u l-Artikolu 117(4)(b), it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet konġunti, l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ kontinġenza u l-komunikazzjoni lill-pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|