+Artikolu 114 Rekwiżiti tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
---+Artikolu 114 1.
---+Artikolu 114 2.
|
Artikolu 114 Rekwiżiti tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 114 1.
|
Meta tinħoloq sitwazzjoni ta' emerġenza, inkluż sitwazzjoni kif deskritta fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta' żviluppi negattivi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn l-entitajiet ta' grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 51, is-superviżur li jikkonsolida għandu, soġġett għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu VII ta' din id-Direttiva u fejn applikabbli t-Taqsima 2, Kapitolu 1 tat-Titolu IV tad-Direttiva (UE) 2019/2034, iwissi mill-aktar fis possibbli, lill-ABE u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 58(4) u fl-Artikolu 59 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għall-awtoritajiet kompetenti kollha. Jekk bank ċentrali tas-SEBĊ isir konxju ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, dan għandu jwissi mill-aktar fis possibbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 112, u lill-ABE. Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fl-Artikolu 58(4) għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni eżistenti.
|
|
Artikolu 114 2.
|
Is-superviżur konsolidant għandu, fejn jeħtieġ informazzjoni li tkun diġà ngħatat lil awtorità kompetenti oħra, jikkuntattja lil dik l-awtorità kull fejn jkun possibbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rappurtar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|