+Artikolu 115 Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni
---+Artikolu 115 1.
---+Artikolu 115 2.
---+Artikolu 115 3.
|
Artikolu 115 Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 115 1.
|
Sabiex tiġi ffaċilitata u stabbilita superviżjoni effikaċi, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandu ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub. Skont dawk l-arranġamenti jistgħu jkunu fdati kompiti addizzjonali lis-superviżur konsolidanti u jistgħu jkunu speċifikati proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.
|
|
Artikolu 115 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw lil sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun istituzzjoni jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u wettqu s-superviżjoni tal-impriża prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabbiltà tas-superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm infurmata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha tgħaddi tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej.
|
|
Artikolu 115 3.
|
Fejn is-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li tkun ingħatat l-approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 21a tkun stabbilita, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu konklużi wkoll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-impriża prinċipali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|